Sagrament tal-QrarQabel kull quddiesa u jekk wieħed jixtieq jista’ jagħmel appuntament.

Sagrament tal-MagħmudijaIl-ġenituri ta’ trabi ġodda għandhom jikkuntattjaw lill-Kappillan mill-aktar fis possibbli biex tiġi miftehma d-data tal-Magħmudija. Il-koppja li tkun se tgħammed it-tarbija tagħha għandha ġġib għand il-Kappillan ċertifikat tat-twelid tat-tarbija mill-Insinwa. Għandu jinġieb ukoll permess tal-Kappillan ta’ fejn joqogħdu l-parrini. Koppji li jkunu joqogħdu barra l-parroċċa u jixtiequ jgħammdu f’din il-parroċċa jkollhom bżonn permess miktub tal-kappillan tal-parroċċa tagħhom.
Ftit jiem qabel il-Magħmudija ssir laqgħa ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u għall-parrini. Il-parrini jridu jkunu għalqu s-sittax-il sena u jkun membri prattikanti tal-Knisja Kattolika. Dawk li, għal xi raġuni jew oħra, ma jkunux qed jgħixu f’sitwazzjoni regulari, ma jistgħux jagħmluha ta’ parrini.

Griżma tal-MordaJekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ saċerdot f’każ ta’ mewt, ikkuntattjaw lil…..

Tqarbin tal-Morda Parruċċani morda fi djarhom, u dawk li g]al xi raġuni ma jistgħux joħorġu mid-dar, li jixtiequ jirċievu s-Sagrament tat-Tqarbin, għandhom jikkuntattjaw lill-Kappillan.

Sagrament taż-ŻwieġKoppji li qed jippjanaw biex jiżżewġu għandhom jagħmlu l-Kors ta’ Kana tal-anqas sentejn qabel id-data taż-żwieġ tagħhom.
Għal informazzjoni dwar il-korsijiet ta’ Kana li jsiru fil-parroċċa tagħna, ikkuntattjaw lill-Kappillan. Għal informazzjoni dwar il-korsijiet li jkunu ser isiru f’parroċċi oħra ikkuntattjaw lill-Moviment ta’ Kana fuq 2123 8068, 2123 8942.
Koppji li jixtiequ jiżżewġu f’din il-parroċċa għandhom jikkuntattjaw lill-Kappillan biex isir appuntament biex jiġi ippjanaw iż-żwieġ.

FuneraliGħall-arranġament ta’ funeral ikkuntattjaw lill-Kappillan fejn jingħata wkoll tagħrif dwar
id-direttivi tal-Kurja g]all–funerali.

Ċertifikati u PassaportiĊertifikati (Magħmudija, Griżma tal-Isqof, Żwieġ u Mewt) jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
Għall-passaport wieħed għandu jġib il-formoli mehtieġa. F’każ ta’ minn hu taħt it-18-il sena għandhom jiġu l-ġenituri tiegħu biex jiffirmaw fil-preżenza tal-Kappillan