Kummissjoni Familja

Il-membri huma magħmula minn ħames koppji u armla.  Huma jistudjaw materjal meħud mit-tagħlim tal-Knisja li huwa marbut mal-familja u mal-ħajja miżżewġa.  Jippjanaw u jikkordinaw attivitajiet li jgħaqqdu lill-familji flimkien, u jżommu kuntatt magħhom permezz ta’ rivista li joħorġu kull tliet xhur, bil-paġna tal-Facebook, u b’attivitajiet oħra li jorganizzaw minn żmien għal ieħor.  Il-kummissjoni taħdem b’kollaborazzjoni mal-Moviment ta’ Kana u mal-parroċċi tal-Unità tas-Sliema u tal-Balluta. Il-Kummissjoni Familja għandha l-paġna tal-Facebook tagħha: Familja Balluta.

Il-Kummissjoni tiltaqa’ regolarment kull xahar.

 

Persuni ta’ kuntatt:

Chairpersons:   Paul & Roberta Mifsud Bonnici  (79592600)

Segretarji:       Adrian and Theresa Schinas (21331577)