Kummissjoni Kateketika

Din il-Kummissjoni hija magħmula minn katekisti li fil-preżent qegħdin jgħallmu l-katekiżmu fil-parroċċa.  Dawn jiddiskutu u jippjanaw il-programm tas-sena għat-tfal u għall-adolexxenti li jattendu l-lezzjonijiet, u fl-istess ħin jgħinuhom biex jibdew jieħdu sehem fil-ħajja tal-parroċċa. Il-kummissjoni ta’ kull sena tagħmel kors ta’ taħriġ għall-membri tagħha fuq suġġetti relatati mal-formazzjoni spiritwali kif ukoll mal-metodu u l-kontenut tal-katekeżi.  It-tagħlim tal-katekiżmu huwa mfassal fuq is-sillabu u l-kotba mħejjijin mis-Segretarjat Dioċesan għall-Katekeżi. flimkien ma żidiet u tibdil skont il-ħtieġa tas-Sena Liturġika jew xi sena partikulari kif ikun iddikjara l-Papa, jew l-Arċisqof.

It-tfal jiġu ppreparati għal żewġ sagramenti: l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof.  Il-klassijiet tal-katekiżmu qegħdin maqsuma fuq żewġ ċentri; iċ-Ċentru Parrokkjali u l-iSkola tal-Qalb ta’ Ġesù.

Darbtejn fix-xahar tiġi organizzata quddiesa bil-parteċipazzjoni tat-tfal, waqt li fil-Ħdud l-oħra, it-tfal jinġabru flimkien fejn tingħatalhom spjegazzjoni tal-liturgija apposta għalihom.

Iż-żewġ ċentri tat-tagħlim tal-Katekiżmu huma:

 

Ċentru Parrokkjali Titu Brandsma:

Persuna ta’ kuntatt:  Is-Sinjura Bernardette Polidano (Tel. 21312052)

 

Infants: Kull nhar ta’ Tnejn bejn il-5.00 u l-5.30pm.

Klassijiet għal Sena 2, 3, 4 u 5 tal-programm Kateketiku:

Kull nhar ta’ Tnejn bejn il-5.00 u s-6.00pm.

 

Ċentru tal-Qalb ta’ Ġesù:

Persuna ta’ kuntatt:  Is-Sinjura Carmen Cuschieri  (Tel. 27316993)

Klassijiet għall-Ewwel Sena tal-Katekiżmu (is-sena tal-Ewwel Tqarbina)

Kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis  mill-4.30 sal-5.15 pm.

 

Klassijiet għar-Raba’ Sena tal-Katekiżmu

Kull nhar ta’ Tnejn mill-4.30 sal-5.30 pm.

 

Klassijiet għat-Tieni, it-Tielet u l-Ħames Sena tal-Katekiżmu

Kull nhar ta’ Ħamis mill-4.30 sal-5.15 pm.

 

Klassijiet għas-Sitt Sena tal-Katekiżmu

Kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis  mill-5.15 sas-6.00pm