Kor Parrokkjali: Marie Therese Vassallo Voice Studio
Il-Kor ta’ Marie Therese Vassallo Voice Studio kien stabbilit mill-Mezzo-Sopran Marie Therese Vassallo fl-1987 u minn dak iż-żmien sar magħruf ħafna fid-dinja mużikali kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra. Huma marru jkantaw f’Sables D’Olonnes, Franza ( 2010), Wales, Renju Unit (2011), Havant u Portsmouth, Renju Unit (2012), Londra , Renju Unit għal Malta Day(2016). Ir-repertorju tagħhom jinkludi mużika Sagra, Operistika, “Musical Theatre”, Standard, Folkloristika u Moderna u jkantaw fil-lingwi oriġinali bħall-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż u r-Russu. Il-programmi tagħhom dejjem jinkludu numru ta’ kompożizzjonijiet Maltin. Ilhom mill-2006 jagħtu servizz bħala l-Kor residenti tal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta, fejn huma jkantaw waqt il-Liturġija fl-okkażjonijiet prinċipali matul is-sena kollha. Okkażjoni importanti tkun il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju. Id-Direttur Muzikali u Artistiku tal-Kor u l-Orkestra hija Dame Mro. Marie Therese Vassallo.
Contact person: Mro. Marie Therese Vassallo (21338923)