Gruppi Familji Nsara
“Inkunu xhieda ħajja tal-imħabba t’Alla meta ngħixu s-sejħa tagħna fiż-żwieġ”.
GRUFAN
“Inkunu xhieda ħajja tal-imħabba t’Alla meta ngħixu s-sejħa tagħna fiż-żwieġ”. Din hija s-sejħa tal-Gruppi Familji Nsara fi ħdan il-Moviment Ta’ Kana.
Imwaqqfa fl-1971, din is-sena l-Gruppi Familji Nsara qed jiċċelebraw il-45 sena mit-twaqqif tagħhom.
Il-Gruppi Familji Nsara jinsabu kważi f’kull parroċċa u joffru mixja ta’ formazzjoni spiritwali mibnija fuq il-bżonnijiet u r-rejaltajiet tal-familja llum. Fil-laqħa ta’ kull xahar il-Grupp jesplora tema partikolari kif imfassla fuq il-ktieb SKEMI, u kif il-kelma ta’ Alla ddawalna f’dik iċ-ċirkustanza. SKEMI jkun ippubblikat kull sena, dejjem b’suġġetti ta’ laqgħat differenti mmirati għall-familja u l-ħajja miżżewġa. Il-Gruppi huma affiljati bħala membri fl-ICCFM, l-International Confederation of Christian Family Movements.
F’Unità 10, il-grupp tal-Grufan huwa ħaj fil-parroċċa tal-Balluta. Bħalissa hemm ħames koppji jattendu l-laqgħa ta’ kull xahar.
Contacts: P. Renald Lofreda O.Carm., Kappillan (Tel. 21344306)
Koppja mexxejja: Tanya u James Griffiths (MobNo:99451646; Email: james@griffithesassoc.com).