Azzjoni Kattolika

L-Azzjoni Kattolika hija assoċjazzjoni ta’ Kattoliċi li jħabirku biex iżommu u jiddefendu l-valuri Kristjani ispirati mit-tagħlim tal-Knisja Kattolika.  L-organizzazzjoni taħdem biex tmexxi ‘l quddiem dawn il-valuri. Hija timmira li tipprovdi netwerk ta’ riżorsi u attivitajiet għall-kleru u lajċi biex tispirhom biex jilħqu lill-oħrajn b’mod attiv biex jiddefendi dawn il-valuri. Il-grupp tal-Balluta jieħu sehem fil-programmi regolari tal-parroċċa, jikkollabora mal-Kummissjoni Djakonija u jħabrek biex tingħata l-attenzjoni meħtieġa lill-anzjani fi djarhom. Il-grupp jiltaqa kull nhar ta’ Tlieta fid-9.30am fiċ-Ċentru Titu Brandsma, Triq Scicluna, San Ġiljan.

 

Persuna ta’ kuntatt:

President: Is-Sinjura Lina Muscat (79030449)