Il-Leġjun ta’ MarijaIl-Leġjun ta’ Marija hi għaqda ta’ lajċi li bdiet ġewwa l-Irlanda. L-iskop tagħha hu li tħarreġ il-membri tagħha fi qdusija prattika tal-Fidi Kattolika. Il-membri jiltaqgħu darba fil-ġimgħa f’dak li nsejjħulu ‘Praesidium’. Bil-parteċipazzjoni tal-membri f’xogħol attiv u permezz tat-talb u tat-tagħlim, l-għaqda tgħinhom isiru Insara aktar informati u konvinti.
Fil-parroċċa għandna jiltaqgħu tlett praesidia li huma:

Kummisjoni KateketikaIl-Kummissjoni Kateketika fi ħdan il-parroċċa tagħna tiġbor fiha katekisti li jagħtu s-sehem tagħhom fit-tagħlim tal-Katekiżmu lit-tfal u lill-adoloxxenti.

It-tagħlim isir fuq is-sillabu u l-kotba mħejjija mis-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi flimkien ma’ żidiet u addattamenti skond kif titlob is-Sena Liturġika jew xi sena partikulari kif dikjarata mill-Papa (bħalma kienet is-Sena tal-Ħniena) jew mill-Arċisqof.

Gruppi Familji NsaraDin hija s-sejħa tal-Gruppi Familji Nsara fi ħdan il-Moviment Ta’ Kana.

Imwaqqfa fl-1971, din is-sena l-Gruppi Familji Nsara qed jiċċelebraw il-45 sena mit-twaqqif tagħhom.

Il-Gruppi Familji Nsara jinsabu kważi f’kull parroċċa u joffru mixja ta’ formazzjoni spiritwali mibnija fuq il-bżonnijiet u r-rejaltajiet tal-familja llum. Fil-laqħa ta kull xahar il-Grupp jesplora tema partikolari kif imfassla fuq il-ktieb SKEMI, u kif il-kelma ta Alla ddawalna f dik iċ-ċirkustanza.