Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archives

Category Archives: avvizimt

Diċembru 2019

BallutaavvizimtDecember 2, 20190

Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019

Biex kull pajjiż ikun determinat u jagħmel minn kollox biex iħares l-ewwel il-futur tal-aktar ċkejknin, speċjalment dawk li qed ibatu.

Avviżi – 01/12/19

BallutaavvizimtDecember 2, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL- ĦADD 1 TA’ DICEMBRU 2019

 

 

Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm.  Fis-7:00pm ssir il-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.

 

Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Ikollna l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina u l-quddiesa fis-6:30pm.

 

Is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar għalhekk jingħad ir-rużarju meditat wara l-quddiesa tad-9:30am.

 

Fil-qfief li poġġejna maġenb l-altar qed inkomplu niġbru oġġetti tal-ikel jew affarijiet utli għad-dar biex bħal il-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tqassam hampers għal żmien il-Milied lil dawk il-familji u persuni fil-bżonn tal-parroċċa tagħna.

Avviżi – 24/11/19

BallutaavvizimtNovember 23, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL- ĦADD 24 TA’ NOVEMBRU 2019

 

Illum qed niċċelebraw is-Solennita ta’ Kristu Re.  Bħas-soltu ser issir iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana li tibda minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fl-4:30pm u tkompli b’ċelebrazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt.  Ser nagħmlu trasport li jitlaq mill-Pjazza tal-Balluta fl-4:00pm.

 

It-Tnejn issir il-laqgħa tal-Grufan fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.

 

It-Tnejn ukoll ser isir kunċert fuq l-orgni tal-Knisja Parrokkjali tagħna fis-7:30pm bħala parti mill-Malta International Organ Festival.

 

Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm.  Fis-7:00pm ssir il-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.

 

Il-Ġimgħa ssir l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6:30pm fil-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-Kappillan.

 

Fil-qfief li poġġejna maġenb l-altar qed niġbru oġġetti tal-ikel jew affarijiet utli għad-dar biex bħal kull sena l-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tqassam hampers għal żmien il-Milied lil dawk il-familji u persuni fil-bżonn tal-parroċċa tagħna.

 

 

Avvizi -17/11/19

BallutaavvizimtNovember 18, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL- ĦADD 17 TA’ NOVEMBRU 2019

 

Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm.  Fis-7:00pm jkollna l-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.

 

Il-Ġimgħa ssir l-adorazzjoni fil-kappella fis-7:00pm.

 

Kif nagħmlu kull sena fil-jiem tal-Milied, il-Kummissjoni Djakonija ser tqassam hampers lill-familji u persuni fil-bzonn tal-parroċċa tagħna.  Minbarra dak li niġbru minn ħwienet tal-lokal kif ukoll is-sehem tal-parroċċa, maġenb l-altar poġġejna qfief sabiex fihom min jixtieq jista’ jpoġġi affarijiet tal-ikel jew għall-uzu tad-dar sabiex jitqassmu lil dawn il-familji.

 

Il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej ser issir l-Assemblea tal-Arċidjocesi ta’ Malta biex jitfassal programm pastorali ġdid għad-djoċesi u wara wkoll għall-parroċċi tagħna.  Inħeġġu lil kulħadd sabiex fit-talb tiegħu jagħmel intenzjoni għal din l-Assemblea.  L-Assemblea tal-parroċċa tagħna ser nagħmluha fil-bidu ta’ Frar.

Novembru 2019

BallutaavvizimtNovember 10, 20190

 

Novembru 2019

Biex, fil-Lvant Qarib jitnissel u jikber spirtu ta’ djalogu, laqgħat u rikonċljazzjoni, meta diversi komunitajiet reliġjużi jaqsmu ħajjithom flimkien.

Avviżi – 03/11/19

BallutaavvizimtOctober 30, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 3 TA’ NOVEMBRU 2019

 

Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm.  Fis-7:00pm jkollna l-Lectio Divina fic-Centru Parrokkjali.

 

Il-Ġimgħa jkollna l-adorazzjoni fil-kappella fis-7:00pm.

 

Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun animata mit-tfal flimkien mal-ġenituri u l-katekisti.  Inbierku nqassmu borża żgħira ta’ San Martin lit-tfal preżenti.

 

Infakkru li matul Novembru kollu il-quddiesa tas-6:30pm u r-rużarju u t-talb li jsiru qabel ikunu b’ suffraġġju għall-erwieħ ta’ dawk li intom ktibtu biex nitolbu għalihom matul dan ix-xahar.  Il-formoli bl-ismijiet jinsabu fil-kaxxa apposta li hawn taħt l-altar.

 

Ħin tax-Xitwa

BallutaavvizimtOctober 24, 20190

Zjara tar-Kwadru Replika – 16 sas-27 t’Ottubru

BallutaavvizimtOctober 21, 20190

Zjara tal-Kwadru Replika tal-Madonna ta’ PInu

L-Erbgħa tibda ż-żjara fostna tal-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu.  Il-kwadru jasal fil-knisja fis-5:45pm u nilqgħuh fostna permezz ta’ ċelebrazzjoni Marjana u t-talba tar-rużarju.  Fis-6:30pm ikollna l-quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Provinċjal, funzjoni tas-Salve u barka sagramentali.

Il-Ħamis jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna wara l-quddiesa tad-9:30am.  Fis-6:00pm r-rużarju jingħad mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u wara l-quddiesa tas-6:30pm issir nofs siegħa adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Kappillan flimkien mal-Kunsill Parrokkjali u l-Grupp tal-Ħniena Divina.

Il-Ġimgħa l-kwadru ser ikun għall-qima fil-kappella Ġesu l-Ħabib.   Fil-5:30pm jibda pellegrinaġġ mill-kappella bil-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu minn Triq Marjanu Vella. Camenzuli, San Enriku, Sant’ Elena, Manwel Dimech, Pjazza tal-Balluta, Triq Censu Tabone sal-Knisja Parrokkjali fejn fis-6:30pm ikollna l-quddiesa mmexxija mir-rettur tas-santwarju Ta’ Pinu Dun Gerald Buhagiar.

Is-Sibt wara l-quddiesa tad-9:30am jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu.  Fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Ewkaristija u fis-6:30pm il-quddiesa tkun immexxija mill-Arċipriet tax-Xagħra Mons. Carmelo Refalo.

Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri.  Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal u t-tfal preżenti jingħataw tifkira tal-Madonna Ta’ Pinu.

Avviżi – 20/09/19

BallutaavvizimtOctober 19, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 20 T’ OTTUBRU 2019

 

Matul dan ix-xahar ta’ Ottubru fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija espost u tingħata l-barka sagramentali.

Din il-ġimgħa tkompli ż-żjara fostna tal-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu.  It-Tnejn fil-quddiesa tad-9:30am jiġi amministrat is-sagrament tal-Grizma tal-morda.

It-Tlieta r-ruzarju u l-quddiesa tas-6:30pm ikunu animati mit-Terzjarji Karmelitani.

L-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa ser nagħmlu t-tridu tal-festa tad-Dedikazzjoni tal-Knisja.  Fis-6:00pm ikollna r-rużarju quddiem Ġesu Ewkaristija u quddiesa bil-kant fis-6:30pm b’ riflessjoni qasira minn P. Victor Paul Farrugia O.Carm.

Is-Sibt fil-għaxija fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar Solenni u l-quddiesa tas-6:30pm iċċelebrata mill-Pirjol.

Il-Ħadd, il-quddiesa tal-10:00am tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.  Fil-għaxija fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar Solenni u l-quddiesa tas-6:30pm iċċelebarta mill-Kappillan, li tkun ukoll l-għeluq taż-żjara tal-Madonna Ta’ Pinu fostna.

Nhar is-Sibt ukoll bejn id-9:30am u nofsinhar ser issir laqgħa għal dawk kollha mpenjati fil-ħidma tal-parroċċa, katekisti, letturi, animaturi, membri tal-korijiet, helpers tal-parroċċa u tal-knisja u membri fl-għaqdiet flimkien mal-parroċċi tal-Unita Pastorali ta’ Tas-Sliema.  Ser issir fic-Centru Parrokkjali ta’ San Girgor u titmexxa minn Dun Andre Zaffarese.

Il-Ħadd li ġej ukoll it-Terzjarji Karmelitani għandhom il-kungress annwali tagħhom li ser isir fil-parroċċa ta’ Ħal-Lija fl-4:30pm.  Dawk it-Terzjarji li beħsiebhom jattendu mitluba javżaw lil Patri Victor Paul jew lis-Sur Mario Attard sa nhar it-Tlieta li ġej.  It-trasport jitlaq mill-Pjazza tal-Balluta fl-3:45pm.

Għadu kemm ġie ppublikat ktieb dwar l-Isqof Karmelitan Patri Redent Gauci.  Dan jista’ jinxtara mis-sagristija għall-prezz ta’ € 5.

Avviżi – 13/09/19

BallutaavvizimtOctober 12, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 13 T’ OTTUBRU 2019

 

Matul dan ix-xahar ta’ Ottubru fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija espost u tingħata l-barka sagramentali.

Minn għada t-Tnejn nibdew il-booking tal-intenzjonijiet tal-quddies fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet li ħabbarna l-ġimgħa l-oħra. Dawn jinsabu wkoll fin-notice boards tal-parroċċa u mal-bieb tal-Uffiċċju Parrokkjali.

L-Erbgħa tibda ż-żjara fostna tal-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu.  Il-kwadru jasal fil-knisja fis-5:45pm u nilqgħuh fostna permezz ta’ ċelebrazzjoni Marjana u t-talba tar-rużarju.  Fis-6:30pm ikollna l-quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Provinċjal, funzjoni tas-Salve u barka sagramentali.

Il-Ħamis jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna wara l-quddiesa tad-9:30am.  Fis-6:00pm r-rużarju jingħad mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u wara l-quddiesa tas-6:30pm issir nofs siegħa adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Kappillan flimkien mal-Kunsill Parrokkjali u l-Grupp tal-Ħniena Divina.

Il-Ġimgħa l-kwadru ser ikun għall-qima fil-kappella Ġesu l-Ħabib.   Fil-5:30pm jibda pellegrinaġġ mill-kappella bil-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu minn Triq Marjanu Vella. Camenzuli, San Enriku, Sant’ Elena, Manwel Dimech, Pjazza tal-Balluta, Triq Censu Tabone sal-Knisja Parrokkjali fejn fis-6:30pm ikollna l-quddiesa mmexxija mir-rettur tas-santwarju Ta’ Pinu Dun Gerald Buhagiar.

Is-Sibt wara l-quddiesa tad-9:30am jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu.  Fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Ewkaristija u fis-6:30pm il-quddiesa tkun immexxija mill-Arċipriet tax-Xagħra Mons. Carmelo Refalo.

Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri.  Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal u t-tfal preżenti jingħataw tifkira tal-Madonna Ta’ Pinu.

Il-formoli tal-intenzjonijiet tal-quddies għax-xahar ta’ Novembru għas-suffraġġji li jsiru kuljum fil-quddiesa tas-6:30pm jinsabu ħdejn il-bibien tal-knisja.

1 2 … 21 Next →

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • Malti