Avviżi – 24/11/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL- ĦADD 24 TA’ NOVEMBRU 2019
Illum qed niċċelebraw is-Solennita ta’ Kristu Re. Bħas-soltu ser issir iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana li tibda minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fl-4:30pm u tkompli b’ċelebrazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt. Ser nagħmlu trasport li jitlaq mill-Pjazza tal-Balluta fl-4:00pm.
It-Tnejn issir il-laqgħa tal-Grufan fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tnejn ukoll ser isir kunċert fuq l-orgni tal-Knisja Parrokkjali tagħna fis-7:30pm bħala parti mill-Malta International Organ Festival.
Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm. Fis-7:00pm ssir il-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa ssir l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6:30pm fil-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-Kappillan.
Fil-qfief li poġġejna maġenb l-altar qed niġbru oġġetti tal-ikel jew affarijiet utli għad-dar biex bħal kull sena l-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tqassam hampers għal żmien il-Milied lil dawk il-familji u persuni fil-bżonn tal-parroċċa tagħna.