Avviżi – 20/09/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 20 T’ OTTUBRU 2019
Matul dan ix-xahar ta’ Ottubru fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija espost u tingħata l-barka sagramentali.
Din il-ġimgħa tkompli ż-żjara fostna tal-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu. It-Tnejn fil-quddiesa tad-9:30am jiġi amministrat is-sagrament tal-Grizma tal-morda.
It-Tlieta r-ruzarju u l-quddiesa tas-6:30pm ikunu animati mit-Terzjarji Karmelitani.
L-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa ser nagħmlu t-tridu tal-festa tad-Dedikazzjoni tal-Knisja. Fis-6:00pm ikollna r-rużarju quddiem Ġesu Ewkaristija u quddiesa bil-kant fis-6:30pm b’ riflessjoni qasira minn P. Victor Paul Farrugia O.Carm.
Is-Sibt fil-għaxija fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar Solenni u l-quddiesa tas-6:30pm iċċelebrata mill-Pirjol.
Il-Ħadd, il-quddiesa tal-10:00am tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina. Fil-għaxija fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar Solenni u l-quddiesa tas-6:30pm iċċelebarta mill-Kappillan, li tkun ukoll l-għeluq taż-żjara tal-Madonna Ta’ Pinu fostna.
Nhar is-Sibt ukoll bejn id-9:30am u nofsinhar ser issir laqgħa għal dawk kollha mpenjati fil-ħidma tal-parroċċa, katekisti, letturi, animaturi, membri tal-korijiet, helpers tal-parroċċa u tal-knisja u membri fl-għaqdiet flimkien mal-parroċċi tal-Unita Pastorali ta’ Tas-Sliema. Ser issir fic-Centru Parrokkjali ta’ San Girgor u titmexxa minn Dun Andre Zaffarese.
Il-Ħadd li ġej ukoll it-Terzjarji Karmelitani għandhom il-kungress annwali tagħhom li ser isir fil-parroċċa ta’ Ħal-Lija fl-4:30pm. Dawk it-Terzjarji li beħsiebhom jattendu mitluba javżaw lil Patri Victor Paul jew lis-Sur Mario Attard sa nhar it-Tlieta li ġej. It-trasport jitlaq mill-Pjazza tal-Balluta fl-3:45pm.
Għadu kemm ġie ppublikat ktieb dwar l-Isqof Karmelitan Patri Redent Gauci. Dan jista’ jinxtara mis-sagristija għall-prezz ta’ € 5.