Diċembru 2019
Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019
Biex kull pajjiż ikun determinat u jagħmel minn kollox biex iħares l-ewwel il-futur tal-aktar ċkejknin, speċjalment dawk li qed ibatu.
Avviżi – 01/12/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL- ĦADD 1 TA’ DICEMBRU 2019
Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm. Fis-7:00pm ssir il-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikollna l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina u l-quddiesa fis-6:30pm.
Is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar għalhekk jingħad ir-rużarju meditat wara l-quddiesa tad-9:30am.
Fil-qfief li poġġejna maġenb l-altar qed inkomplu niġbru oġġetti tal-ikel jew affarijiet utli għad-dar biex bħal il-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tqassam hampers għal żmien il-Milied lil dawk il-familji u persuni fil-bżonn tal-parroċċa tagħna.