Avviżi – 24/11/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL- ĦADD 24 TA’ NOVEMBRU 2019
Illum qed niċċelebraw is-Solennita ta’ Kristu Re. Bħas-soltu ser issir iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana li tibda minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fl-4:30pm u tkompli b’ċelebrazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt. Ser nagħmlu trasport li jitlaq mill-Pjazza tal-Balluta fl-4:00pm.
It-Tnejn issir il-laqgħa tal-Grufan fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tnejn ukoll ser isir kunċert fuq l-orgni tal-Knisja Parrokkjali tagħna fis-7:30pm bħala parti mill-Malta International Organ Festival.
Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm. Fis-7:00pm ssir il-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa ssir l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6:30pm fil-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-Kappillan.
Fil-qfief li poġġejna maġenb l-altar qed niġbru oġġetti tal-ikel jew affarijiet utli għad-dar biex bħal kull sena l-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tqassam hampers għal żmien il-Milied lil dawk il-familji u persuni fil-bżonn tal-parroċċa tagħna.
Avvizi -17/11/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL- ĦADD 17 TA’ NOVEMBRU 2019
Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm. Fis-7:00pm jkollna l-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa ssir l-adorazzjoni fil-kappella fis-7:00pm.
Kif nagħmlu kull sena fil-jiem tal-Milied, il-Kummissjoni Djakonija ser tqassam hampers lill-familji u persuni fil-bzonn tal-parroċċa tagħna. Minbarra dak li niġbru minn ħwienet tal-lokal kif ukoll is-sehem tal-parroċċa, maġenb l-altar poġġejna qfief sabiex fihom min jixtieq jista’ jpoġġi affarijiet tal-ikel jew għall-uzu tad-dar sabiex jitqassmu lil dawn il-familji.
Il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej ser issir l-Assemblea tal-Arċidjocesi ta’ Malta biex jitfassal programm pastorali ġdid għad-djoċesi u wara wkoll għall-parroċċi tagħna. Inħeġġu lil kulħadd sabiex fit-talb tiegħu jagħmel intenzjoni għal din l-Assemblea. L-Assemblea tal-parroċċa tagħna ser nagħmluha fil-bidu ta’ Frar.