Avviżi – 03/11/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 3 TA’ NOVEMBRU 2019
Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fil-knisja fis-5:45pm. Fis-7:00pm jkollna l-Lectio Divina fic-Centru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa jkollna l-adorazzjoni fil-kappella fis-7:00pm.
Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun animata mit-tfal flimkien mal-ġenituri u l-katekisti. Inbierku nqassmu borża żgħira ta’ San Martin lit-tfal preżenti.
Infakkru li matul Novembru kollu il-quddiesa tas-6:30pm u r-rużarju u t-talb li jsiru qabel ikunu b’ suffraġġju għall-erwieħ ta’ dawk li intom ktibtu biex nitolbu għalihom matul dan ix-xahar. Il-formoli bl-ismijiet jinsabu fil-kaxxa apposta li hawn taħt l-altar.
Ħin tax-Xitwa
Zjara tar-Kwadru Replika – 16 sas-27 t’Ottubru
Zjara tal-Kwadru Replika tal-Madonna ta’ PInu
L-Erbgħa tibda ż-żjara fostna tal-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu. Il-kwadru jasal fil-knisja fis-5:45pm u nilqgħuh fostna permezz ta’ ċelebrazzjoni Marjana u t-talba tar-rużarju. Fis-6:30pm ikollna l-quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Provinċjal, funzjoni tas-Salve u barka sagramentali.
Il-Ħamis jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna wara l-quddiesa tad-9:30am. Fis-6:00pm r-rużarju jingħad mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u wara l-quddiesa tas-6:30pm issir nofs siegħa adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Kappillan flimkien mal-Kunsill Parrokkjali u l-Grupp tal-Ħniena Divina.
Il-Ġimgħa l-kwadru ser ikun għall-qima fil-kappella Ġesu l-Ħabib. Fil-5:30pm jibda pellegrinaġġ mill-kappella bil-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu minn Triq Marjanu Vella. Camenzuli, San Enriku, Sant’ Elena, Manwel Dimech, Pjazza tal-Balluta, Triq Censu Tabone sal-Knisja Parrokkjali fejn fis-6:30pm ikollna l-quddiesa mmexxija mir-rettur tas-santwarju Ta’ Pinu Dun Gerald Buhagiar.
Is-Sibt wara l-quddiesa tad-9:30am jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu. Fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Ewkaristija u fis-6:30pm il-quddiesa tkun immexxija mill-Arċipriet tax-Xagħra Mons. Carmelo Refalo.
Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal u t-tfal preżenti jingħataw tifkira tal-Madonna Ta’ Pinu.
Avviżi – 20/09/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 20 T’ OTTUBRU 2019
Matul dan ix-xahar ta’ Ottubru fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija espost u tingħata l-barka sagramentali.
Din il-ġimgħa tkompli ż-żjara fostna tal-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu. It-Tnejn fil-quddiesa tad-9:30am jiġi amministrat is-sagrament tal-Grizma tal-morda.
It-Tlieta r-ruzarju u l-quddiesa tas-6:30pm ikunu animati mit-Terzjarji Karmelitani.
L-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa ser nagħmlu t-tridu tal-festa tad-Dedikazzjoni tal-Knisja. Fis-6:00pm ikollna r-rużarju quddiem Ġesu Ewkaristija u quddiesa bil-kant fis-6:30pm b’ riflessjoni qasira minn P. Victor Paul Farrugia O.Carm.
Is-Sibt fil-għaxija fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar Solenni u l-quddiesa tas-6:30pm iċċelebrata mill-Pirjol.
Il-Ħadd, il-quddiesa tal-10:00am tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina. Fil-għaxija fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar Solenni u l-quddiesa tas-6:30pm iċċelebarta mill-Kappillan, li tkun ukoll l-għeluq taż-żjara tal-Madonna Ta’ Pinu fostna.
Nhar is-Sibt ukoll bejn id-9:30am u nofsinhar ser issir laqgħa għal dawk kollha mpenjati fil-ħidma tal-parroċċa, katekisti, letturi, animaturi, membri tal-korijiet, helpers tal-parroċċa u tal-knisja u membri fl-għaqdiet flimkien mal-parroċċi tal-Unita Pastorali ta’ Tas-Sliema. Ser issir fic-Centru Parrokkjali ta’ San Girgor u titmexxa minn Dun Andre Zaffarese.
Il-Ħadd li ġej ukoll it-Terzjarji Karmelitani għandhom il-kungress annwali tagħhom li ser isir fil-parroċċa ta’ Ħal-Lija fl-4:30pm. Dawk it-Terzjarji li beħsiebhom jattendu mitluba javżaw lil Patri Victor Paul jew lis-Sur Mario Attard sa nhar it-Tlieta li ġej. It-trasport jitlaq mill-Pjazza tal-Balluta fl-3:45pm.
Għadu kemm ġie ppublikat ktieb dwar l-Isqof Karmelitan Patri Redent Gauci. Dan jista’ jinxtara mis-sagristija għall-prezz ta’ € 5.
Avviżi – 13/09/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 13 T’ OTTUBRU 2019
Matul dan ix-xahar ta’ Ottubru fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija espost u tingħata l-barka sagramentali.
Minn għada t-Tnejn nibdew il-booking tal-intenzjonijiet tal-quddies fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet li ħabbarna l-ġimgħa l-oħra. Dawn jinsabu wkoll fin-notice boards tal-parroċċa u mal-bieb tal-Uffiċċju Parrokkjali.
L-Erbgħa tibda ż-żjara fostna tal-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu. Il-kwadru jasal fil-knisja fis-5:45pm u nilqgħuh fostna permezz ta’ ċelebrazzjoni Marjana u t-talba tar-rużarju. Fis-6:30pm ikollna l-quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Provinċjal, funzjoni tas-Salve u barka sagramentali.
Il-Ħamis jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna wara l-quddiesa tad-9:30am. Fis-6:00pm r-rużarju jingħad mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u wara l-quddiesa tas-6:30pm issir nofs siegħa adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Kappillan flimkien mal-Kunsill Parrokkjali u l-Grupp tal-Ħniena Divina.
Il-Ġimgħa l-kwadru ser ikun għall-qima fil-kappella Ġesu l-Ħabib. Fil-5:30pm jibda pellegrinaġġ mill-kappella bil-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu minn Triq Marjanu Vella. Camenzuli, San Enriku, Sant’ Elena, Manwel Dimech, Pjazza tal-Balluta, Triq Censu Tabone sal-Knisja Parrokkjali fejn fis-6:30pm ikollna l-quddiesa mmexxija mir-rettur tas-santwarju Ta’ Pinu Dun Gerald Buhagiar.
Is-Sibt wara l-quddiesa tad-9:30am jingħad ir-rużarju meditat quddiem il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu. Fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Ewkaristija u fis-6:30pm il-quddiesa tkun immexxija mill-Arċipriet tax-Xagħra Mons. Carmelo Refalo.
Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal u t-tfal preżenti jingħataw tifkira tal-Madonna Ta’ Pinu.
Il-formoli tal-intenzjonijiet tal-quddies għax-xahar ta’ Novembru għas-suffraġġji li jsiru kuljum fil-quddiesa tas-6:30pm jinsabu ħdejn il-bibien tal-knisja.
Ottubru 2019
IL-FEĦMA TAL-PAPA GĦALL-OTTUBRU 2019
Biex in-nifs tal-Ispirtu s-Santu jnissel “rebbiegħa” missjunarja ġdida fil-Knisja.
Nitlob:
Spirtu Qaddis, saħħaħ fija l-fidi u agħtinil-enerġija u l-motivazzjoni biex inxerredl-aħbar it-tajba tal-Evanġelju,
sabiex titnissel rebbiegħa ġdida missjunarja fil-Knisja.
X’nista’ nagħmel:
Kulma nagħmel matul il-jum, nagħmlu b’sens ta’ fidi u ta’ missjoni.
Nuża dan il-mod biex inwettaq id-dmirijiet u r-rwoli li s-soltu nagħmel b’nofs qalb.
Avvizi – 06/09/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 6 T’ OTTUBRU 2019
Matul dan ix-xahar ta’ Ottubru fis-6:00pm jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija espost u tingħata l-barka sagramentali.
Il-Ħamis ikollna l-Lectio Divina fis-7:00pm fic-Ċentru Parrokkjali.
Mill-Ġimgħa jkompli jiltaqa’ l-grupp tal-anzjani 60+ fl-10:00am kull nhar ta’ Ġimgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa wkoll fis-7:00pm ikollna l-adorazzjoni fil-kappella.
Il-Ħadd fil-quddiesa tas-6:30pm infakkru l-aħħar dehra tal-Madonna ta’ Fatima. Ikollna r-rużarju meditat fis-6:00pm quddiem Ġesu Ewkaristija.
L-Erbgħa ser norganizzaw Breakfast fis-Santana Hotel b’risq il-parroċċa u nibdew bil-quddiesa. It-trasport jitlaq minn Triq Imrabat fit-8:30am. Biljetti għal din l-attività mingħand Maria Bianco.
It-Tnejn 14 t’ Ottubru ser nibdew il-booking tal-intenzjonijiet tal-quddies għas-sena 2020. Fil-għodu mit-8:30pm sal-10:30am u fil-għaxija mill-5:00pm sas-6:30pm. It-Tlieta jkomplu fil-għodu mit-8:30am sal-10:30am u l-Ħamis mit-8:00am sad-9:30am.
Mill-Erbgħa 16 t’ Ottubru ser ikun fostna l-kwadru replika tal-Madonna Ta’ Pinu. Programm sħiħ ta’ din iż-żjara jinsab fil-ħarġa tal-Flimkien ta’ Ottubru, fin-notice boards u fil-facebook tal-parroċċa. Inħeġġu lil kulħadd biex ninġabru flimkien biex nilqgħu fostna din ix-xbieha għażiża permezz ta’ celebrazzjoni Marjana l-Erbgħa 16 t’ Ottubru fil-Knisja Parrokkjali fis-5:45pm.
Is-Sibt 12 t’ Ottubru ser isir kuncert fuq l-orgni A Romantic Dream akkumpanjat mis-sopran Kimberly Grech wara l-quddiesa tas-6:30pm b’risq il-bżonnijiet tal-Knisja Parrokkjali tagħna.