Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: June 2019

Avviżi -30/06/19

BallutaavvizimtJune 30, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 30 TA’ ĠUNJU 2019

 

Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni Ewkaristika fis-5:45pm u l-Lectio Divina fic-Centru Parrokkjali fis-7:00pm.

 

Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Fis-5:45pm ikollna l-adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

 

Is-Sibt ikun l-Ewwel Sibt tax-xahar.  Ikollna r-rużarju meditat wara l-quddiesa tad-9:30am.

 

Nhar it-Tnejn 8 ta’ Lulju ser norgnizzaw Pellegrinaġġ Parrokkjali għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu u Gozo by Night.  It-tluq fl-4:00pm u l-quddiesa fis-Santwarju tkun fis-6:30pm.

 

Mal-Flimkien tax-xahar ta’ Lulju qed inqassmu l-envelopes tal-ġabra tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu għall-ispejjez tal-baned mistiedna, id-dawl fit-toroq u l-insurance marbuta mal-armar u l-permessi tal-pulizija.  Fil-waqt li nirringrazzjawkom mill-qalb tal-ġabra ta’ €4000 li għamilna fi Frar inħeġġukom terġgħu tkunu ġenerużi biex nifdu l-ispiża tal-festa.  Biex inkopru kollox irridu niġbru €7000 oħra minbarra dak li daħal diġa’ minn fundraising.  Il-ġbir ta’ dawn l-envelopes isir mill-kappillan u mill-helpers tal-parroċċa skond il-programm li hemm fl-envelopes stess.

 

Bħas-snin l-oħra dawk li jixtiequ jordnaw il-bukketti tagħhom għal quddiem il-vara lejliet u nhar il-festa jistgħu jagħmlu dan fl-uffiċċju parrokkjali.  Barra minn hekk min jixtieq jista’ minflok il-qoffa tal-fjuri jisponsorja wieħed mill-arranġamenti tal-fjuri li bihom jitrama l-altar fil-festa.

Avviżi – 23/06/19

BallutaavvizimtJune 20, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 23 TA’ ĠUNJU 2019

 

It-Tnejn hija s-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista.  Dakinhar fis-7:00pm ikun hawn rużarju u quddiesa organizzati mit-Terzjarji Karmelitani taż-Żurrieq waqt pellegrinaġġ li ser jorganizzaw huma għall-knisja tagħna bħala preparazzjoni għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

 

It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis huma Jiem tat-Tridu tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.  Matul dawn it-tliet ijiem ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fis-6:00pm u quddiesa bil-kant u ħsieb qasir immexxija mill-Kappillan.

 

Il-Ġimgħa hija s-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.  Wara l-quddiesa tat-7:45am nesponu lil Ġesù Ewkaristija għall-adorazzjoni fis-skiet sal-quddiesa tad-9:30am.  U l-espożizzjoni tkompli wara l-quddiesa tad-9:30am sal-10:30am.

Fis-6:00pm ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-għasar solenni u fis-6:30pm quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Provincjal bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Wara jkollna l-purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija li tgħaddi minn Triq Censu Tabone, Triq it-Torri, Triq il-Kulleġġ l-Antik, Triq Marjanu Vella, Triq Camenzuli, Triq Sant’ Anġlu, Triq Marjanu Vella sal-kappella Ġesù l-Ħabib fejn nispiċċaw bil-barka sagramentali.  Inħeġġu lil kulħadd sabiex nieħdu sehem f’ din il-mixja ta’ fidi wara Ġesù Ewkaristija.

 

Is-Sibt hija s-Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl.  Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa sabiħa u tajba li min jista’ jieħu sehem fil-quddiesa.  Il-ħinijiet tal-quddies ikun bħal dak ta’ matul il-ġimgħa.

Avvizi – 16/09/19

BallutaavvizimtJune 15, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 16 TA’ ĠUNJU 2019

 

 

It-Tlieta fil-5:15pm ikollna l-qrar għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

 

Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm b’talb għall-vokazzjonijiet Karmelitani mmexxija minn P. Ivan Scicluna O.Carm.  Il-quddiesa tas-6:30pm iqaddsu flimkien il-kappillan P. Renald, P. Ivan u P. Jurgen fl-anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom.

 

Il-Ġimgħa fis-6:00pm jkollna l-qrar għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.  Il-quddiesa tas-6:30pm tkun bis-sehem tat-tfal flimkien mal-ġenituri.

 

Is-Sibt huwa Jum l-Ewwel Tqarbina tat-tfal tal-parroċċa.  Fis-6:00pm t-tfal jitilqu f’purċissjoni qasira miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Knisja fejn issir l-ewwel tqarbina fil-quddiesa tas-6:30pm.

Għid il-Ħamsin

BallutaavvizimtJune 5, 20190

Avviżi – 09/06/19

BallutaavvizimtJune 5, 20190

BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 9 TA’ ĠUNJU 2019

 

Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm u l-Lectio Divina fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.

 

Il-Ġimgħa fis-7:00pm ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-kappella tal-adorazzjoni.

 

Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju huwa JUM IL-PARROĊĊA.  Il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tal-għaqdiet tal-parroċċa kif ukoll bis-sehem tat-tfal flimkien mal-familji u l-katekisti bħala għeluq tas-sena kateketika.  Inħeġġu lil kulħadd u b’mod speċjali lil dawk impenjati fil-ħidmiet tal-parroċċa biex nieħdu sehem f’ din il-quddiesa bħala radd il-ħajr lill-Mulej ta’ dawn il-45 sena ta’ ħidma fil-parroċċa tagħna.

 

Nhar il-Ħadd li ġej huwa wkoll Jum il-Missier.  Għalhekk il-quddies kollu tal-Ħadd u l-quddiesa tas-Sibt fil-għaxija tkun b’suffraġġju għall-missirijet mejtin u għall-bżonnijiet tal-missirijiet ħajjin.  Bħas-soltu ħdejn il-bibien tal-knisja hemm l-envelopes biex min jixtieq jista’ jikteb l-intenzjonijiet tiegħu.  Dawn l-intenzjonijiet jitqiegħedu taħt l-altar dakinhar ta’ Jum il-Missier l-istess kif sar f’ Jum l-Omm.

Avviżi – 02/06/19

BallutaavvizimtJune 5, 20190

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 2 TA’ ĠUNJU 2019

 

It-Tlieta lejliet l-Aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu ser nagħmlu velja Marjana fil-Knisja Parrokkjali wara l-quddiesa tas-6:30pm biċ-ċelebrazzjoni tal-Akatisthos.  Inħeġġu lil kulħadd u b’mod speċjali t-Terzjarji Karmelitani u dak li huma fl-għaqdiet u l-ħidmiet tal-parroċċa sabiex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.  Għall-benefiċċju tal-anzjani ser nagħmlu trasport minn ħdejn il-kappella Ġesù l-Ħabib li jitlaq fis-6:40pm u jwassal lura lill-anzjani wara ċ-ċelebrazzjoni.

 

L-Erbgħa huwa l-Aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu.  Fid-9:00am jkollna r-rużarju u l-kurunella tal-Madonna tal-Karmnu u fid-9:30am il-quddiesa tal-Aħħar Erbgħa bl-omelija fuq il-Madonna.  Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana, u l-barka sagramentali.

 

Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm u l-Lectio Divina fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.

 

Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Fis-5:45pm ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

 

L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju ser norganizzaw Ġurnata għal Għawdex b’risq il-bżonnijiet tal-parroċċa.  Min jixtieq jista’ jibbukkja mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mingħand Maria Bianco.

 

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti