Avviżi – 26/04/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 26 TA’ MEJJU 2019
Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk il-familji u l-persuni kollha li laqgħuna għandhom matul il-perjodu tat-tberik minn Jannar sal-ġimgħa li għaddiet.
Nhar it-Tlieta jkollna l-aħħar katekeżi dwar il-Madonna fl-okkażjoni tal-160 sena mill-miġja fostna tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu. Din ser issir fil-kappella Ġesù l-Ħabib wara l-quddiesa tas-6:00pm u titmexxa minn P. Victor Paul Farrugia O.Carm.
L-Erbgħa huwa s-Sitt Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fid-9:00am jkollna r-rużarju u l-kurunella tal-Madonna tal-Karmnu u fid-9:30am il-quddiesa tas-sitt Erbgħa bl-omelija fuq il-Madonna. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana, u l-barka sagramentali.
Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm u l-Lectio Divina fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa l-quddiesa tas-6:30pm tkun bis-sehem tal-adolexxenti li ser jagħmlu l-Grizma tal-Isqof flimkien mal-ġenituri u l-parrini. Qabel il-quddiesa ser ikun hemm il-qrar għall-ġenituri u l-parrini u għall-adolexxenti. Wara l-quddiesa ssir prova għaċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma.
Fis-7:00pm fil-kappella ssir l-adorazzjoni.
Is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar. Ikollna r-rużarju meditat wara l-quddiesa tad-9:30am. Dakinhar ukoll huwa Jum il-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa tagħna. Fil-quddiesa tas-6:30pm Mons. Rene Camilleri ser jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti tal-parroċċa tagħna.
Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal flimkien mal-familji u l-katekisti.
Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Festa Esterna ser torganizza Ikla b’risq il-festa fil-Plaza Hotel f’ 12:30pm. Booking jista’ jsir fl-Uffiċċju Parrokkjali jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni.
L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju ser norganizzaw Ġurnata għal Għawdex b’risq il-bżonnijiet tal-parroċċa. Min jixtieq jista’ jibbukkja mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mingħand Maria Bianco.
Ikla ghall-Parruċċani u Ħbieb
Avviżi -12/05/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 12 TA’ MEJJU 2019
Matul il-ġimgħa nkomplu t-tberik tal-familji fil-4:45pm.
- It-Tnejn; Triq Sant’ Anġlu
- It-Tlieta: Triq Ġafar u Triq il-Ħnejja
- Il-Ħamis: Triq Dun Anton Debono
- Il-Ġimgħa: Triq Birkirkara.
Fil-jiem tat-tberik il-kappillan ikun l-uffiċċju parrokkjali nhar ta’ Tlieta bejn it-8:30am u l-10:00am.
It-Tnejn hija t-tifkira tal-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima. Fis-7:00pm jsir ir-rużarju meditat fil-Pjazza tal-Balluta organizzat mill-Leġjun ta’ Marija.
It-Tlieta fl-okkażjoni tal-160 sena mill-miġja fostna tal-istatwa għażiża tal-Madonna tal-Karmnu, wara l-quddiesa tas-6:00pm fil-Kappella Ġesù l-Ħabib ser ikollna katekeżi dwar il-Madonna mill-Arċipriet tal-Isla il-Kan. Robin Camilleri.
L-Erbgħa huwa r-Raba Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fid-9:00am jkollna r-rużarju u l-kurunella tal-Madonna tal-Karmnu u fid-9:30am il-quddiesa tat-Raba Erbgħa bl-omelija fuq il-Madonna. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana, u l-barka sagramentali.
Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm u l-Lectio Divina fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa wara l-quddiesa tas-6:30pm ikollna nofs siegħa adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-Kappillan. Dakinhar ma jkunx hemm adorazzjoni fil-kappella.
It-Tlieta 14 ta’ Mejju ser issir Attivita ta’ Jum l-Omm fis-Soreda Hotel il-Qawra li tibda bil-quddiesa. Tluq fid-8:45am minn Triq Imrabat. Il-biljetti mingħand Maria Bianco.
Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Festa Esterna ser torganizza Ikla b’risq il-festa fil-Plaza Hotel f’ 12:30pm. Booking jista’ jsir fl-Uffiċċju Parrokkjali jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni.
Katekeżi Marjana
Avviżi – 05/05/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 5 TA’ MEJJU 2019
Matul il-ġimgħa nkomplu t-tberik tal-familji fil-4:45pm.
- It-Tnejn; Triq il-Kulleġġ l-Antik u Telgħet il-Kulleġġ l-Antik
- It-Tlieta: Triq Manwel Dimech
- Il-Ħamis: Triq Marjanu Vella u Triq Camenzuli
- Il-Ġimgħa: Triq San Enriku u Triq Sant’ Elena.
Fil-jiem tat-tberik il-kappillan ikun l-uffiċċju parrokkjali nhar ta’ Tlieta bejn it-8:30am u l-10:00am.
It-Tnejn issir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fl-10:00am fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta fl-okkażjoni tal-160 sena mill-miġja fostna tal-istatwa għażiża tal-Madonna tal-Karmnu, wara l-quddiesa tas-6:30pm ser ikollna preżentazzjoni dwar il-Madonna mill-Arċipriet tax-Xaghra Mons. Carmelo Refalo.
L-Erbgħa huwa t-Tielet Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fid-9:00am jkollna r-rużarju u l-kurunella tal-Madonna tal-Karmnu u fid-9:30am il-quddiesa tat-Tielet Erbgħa bl-omelija fuq il-Madonna. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana, supplika tal-Madonna ta’ Pompej u l-barka sagramentali.
Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm u l-Lectio Divina fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta 14 ta’ Mejju ser issir Attivita ta’ Jum l-Omm fis-Soreda Hotel il-Qawra li tibda bil-quddiesa. Tluq fid-8:45am minn Triq Imrabat. Il-biljetti mingħand Maria Bianco.
Il-Ħamis 16 ta’ Mejju ser isir l-irtir nazzjonali tat-Terzjarji Karmelitani fis-Santwarju tal-Ħniena Divina. Min jixtieq jieħu sehem hu mitlub jikteb ismu fuq il-lista apposta li hemm fis-sagristija. It-tluq ikun mill-Pjazza tal-Balluta fid-8:45am.