Ħniena Divina
Avviżi – 28/04/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 28 T’ APRIL 2019
L-Erbgħa huwa t-Tieni Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fid-9:00am jkollna r-rużarju u l-kurunella tal-Madonna tal-Karmnu u fid-9:30am il-quddiesa tat-Tieni Erbgħa bl-omelija fuq il-Madonna. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana u l-barka sagramentali.
Il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm u l-Lectio Divina fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikollna l-adorazzjoni fis-5:45pm immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar. Ikollna r-rużarju meditat wara l-quddiesa tad-9:30am.
Il-Ħadd, il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal flimkien mal-familji u l-katekisti.
Matul il-ġimgħa nkomplu t-tberik tal-familji fil-4:45pm.
- It-Tnejn; Triq is-Sur Fons
- It-Tlieta: Triq il-Karmelitani
- Il-Ħamis: Triq San Injazju u Triq Scicluna
- Il-Ġimgħa: Triq Dun Ġużepp Xerri.
Fil-jiem tat-tberik il-kappillan ikun l-uffiċċju parrokkjali nhar ta’ Tlieta bejn it-8:30am u l-10:00am.
Avviżi – 21/04/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 21 T’ APRIL 2019
It-Tlieta nkomplu t-tberik fil-familji mill-4:45pm ‘il quddiem fi Triq Censu Tabone u Triq it-Torri.
L-Erbgħa huwa l-Ewwel Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fid-9:00am jkollna r-rużarju u l-kurunella tal-Madonna tal-Karmnu u fid-9:30am il-quddiesa tal-Ewwel Erbgħa bl-omelija fuq il-Madonna. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana u l-barka sagramentali.
Il-Ħamis nibdew tliet ijiem ta’ adorazzjoni solenni lil Ġesù Ewkaristija. Wara l-quddiesa tad-9:30am tibda l-espożizzjoni tas-Sagrament għall-adorazzjoni fis-skiet sal-11:00am. Fil-5:15pm tkompli l-espoizzjoni tas-Sagrament sal-quddiesa tas-6:30pm li tkun immexxija minn P.Ivan Scicluna O.Carm. Wara l-quddiesa tkompli l-adorazzjoni b’talb għall-vokazzjonijiet Karmelitani sat-8:00pm.
Il-Ġimgħa tkompli l-espożizzjoni tas-Sagrament minn wara l-quddiesa tat-7:45am sal-quddiesa tad-9:30am u minn wara l-quddiesa tad-9:30am sal-11:00am. Fil-5:15pm tkompli l-espoizzjoni tas-Sagrament sal-quddiesa tas-6:30pm li tkun immexxija minn P. Victor Paul Farrugia O. Carm. Wara l-quddiesa tkompli l-adorazzjoni mmexxija mill-Kappillan u l-Kunsill Parrokkjali sat-8:00pm.
Is-Sibt tkompli l-espożizzjoni tas-Sagrament minn wara l-quddiesa tat-7:45am sal-quddiesa tad-9:30am u minn wara l-quddiesa tad-9:30am sal-11:00am. Fil-5:45pm tkompli l-espożizzjoni tas-Sagrament sal-quddiesa tas-6:30pm li tkun immexxija mill-Kappillan. Fl-aħħar tal-quddiesa ssir purċissjoni bl-Ewkaristija fil-knisja, att ta’ konsagrazzjoni lil Ħniena Divina u l-Barka Sagramentali.
Il-Ħadd l-adorazzjoni tal-festa tal-Ħniena Divina tkun fit-3:00pm u fl-4:00pm l-quddiesa tal-festa tal-Ħniena Divina.
Ħamis ix-Xirka
Via Sagra
Avviżi – 14/04/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 14 T’ APRIL 2019
It-Tnejn fl-10:00am issir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali. Fil-5:00pm ikun hawn iċ-ċelebrazzjoni tal-ħasil tar-riġlejn għat-tfal tal-katekiżmu.
It-Tlieta fis-6:00pm jkollna l-Għasar u adorazzjoni quddiem ir-relikwa tas-Salib Imqaddes.
Fis-7:00pm Via Crucis fit-toroq tal-parroċċa li tibda minn Triq Scicluna quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali u tkompli fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Triq San Enriku, Triq Camenzuli, Triq Sant’ Anġlu, Triq Patri Marjanu Vella sal-kappella Ġesu l-Ħabib fejn nispiċċaw bil-barka sagramentali.
L-Erbgħa fis-6:00pm jkollna l-Għasar u adorazzjoni quddiem ir-relikwa tas-Salib Imqaddes u fis-6:30pm quddiesa bl-omelija fuq il-Passjoni tal-Mulej.
Il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, fis-7:00am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. INFAKKRU LI F’DAN IL-JUM MA SSIRX IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-QUDDIESA FIL-GĦODU ĦLIEF FIL-KON KATIDRAL FEJN L-ARCISQOF IBIEREK IŻ-ŻJUT U S-SAĊERDOTI JĠEDDU L-WEGĦDIET TAL-ORDINAZZJONI TAGĦHOM.
Fil-għaxija jibda t-tridu mqaddes tal-Għid il-Kbir billi fis-6:15pm issir il-preżentazzjoni taż-żjut ikkonsagrati u mbierka mill-Arċisqof għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti. Fis-6:30pm il-quddiesa konċelebrata b’tifkira tal-Aħħar Ikla tal-Mulej, bir-rit tal-ħasil tar-riġlejn u t-translazzjoni tas-Sagrament għall-altar tar-ripożizzjoni. Wara li tispiċċa ċ-ċelebrazzjoni jibdew is-seba’ visti mmexxija mill-kappillan. Fl-10:30am ikollna siegħa adorazzjoni solenni animata mill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Il-Ġimgħa, l-Ġimgħa l-Kbira, il-knisja tkun miftuħa għall-visti fl-altar tar-ripożizzjoni mis-6:00am. Fit-7:45am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fid-8:45am ikun hawn il-visti animati mit-Terzjarji Karmelitani. Fit-3:00pm tibda l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej bl-adorazzjoni tas-salib.
INFAKKRU LI FIL-ĠIMGĦA L-KBIRA GĦANDNA L-OBBLIGU TAS-SAWM U TAL-ASTINENZA.
Is-Sibt, Sibt il-Għid, fis-7:00am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fit-8:00pm jibda l-Vġili Solenni tal-Għid il-Kbir tal-Mulej bir-riti tad-dawl, il-liturġija tal-kelma, it-tberik tal-ilma u t-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija.
Il-Ħadd huwa l-Għid il-Kbir tal-Mulej. Il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal mal-familji u l-katekisti. Wara l-quddiesa jitbierku u jitqassmu l-figolli lit-tfal preżenti f’ċelebrazzjoni qasira fuq iz-zuntier tal-knisja. Fis-6:00pm jkollna l-Għasar Solenni tal-Għid il-Kbir tal-Mulej u fis-6:30pm il-quddiesa.