April
APRIL
Għat-tobba u dawk kollha li jagħtu għajnuna umanitarja f’pajjiżi li jinsabu fi gwerra, u li jirriskjaw ħajjithom stess biex isalvaw dik tal-oħrajn.
Nitlob:Mulej nitolbok sabiex tipproteġi lil dawn in-nies li jirriskjaw ħajjithom għall-oħrajn. Għinni sabiex nimxi fuq l-eżempju tagħhom u ngħix b’impenn is-sejħa tiegħi u nagħti lili nnifsi għall-ġid tal-oħrajn.
X’nista’ nagħmel:Matul dan ix-xahar, waqt li nkun ix-xogħol, mal-familja tiegħi jew mal-ħbieb, nipprova naħseb dwar in-nies li jaħdmu f’żoni tal-gwerra. Nipprova nimxi fuq l-eżempju tagħhom u naqdi mill-qalb lill-persuni li niltaqa’ magħhom fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum
Avviżi – 31/03/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 31 TA’ MARZU 2019
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa jkollna l-eżercizzi għal Kulħadd fil-quddiesa tas-6:30pm mill-Kappillan P. Renald Lofreda O.Carm.
Il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6:30pm (jiġifieri għall-ħabta tas-7:15pm) ser isir kunċert spiritwali fuq l-orgni mill-organista John Aquilna akkumpanjat b’riflessjonijiet fuq l-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesù fuq is-Salib. Inħeġġu lil kull min jista’ sabiex jattendi.
Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5:45pm ikollna l-adorazzjoni animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar u għalhekk wara l-quddiesa tad-9:30am ikollna r-rużarju meditat.
Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji bis-sehem tal-katekisti.
Fil-qfief li hawn maġenb l-altar qed niġbru oġġetti tal-ikel jew affarijiet oħra utli għad-dar sabiex jitqassmu lill-familji u persuni fil-bżonn tal-parroċċa tagħna fi żmien il-festi tal-Għid.
Avviżi – 24/03/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 24 TA’ MARZU 2019
Il-Ħamis fis-5:45pm jkollna l-adorazzjoni quddiem Ġesu Ewkaristija u l-Lectio Divina fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa ssir l-adorazzjoni fis-7:00pm fil-kappella.
Infakkru lil dawk li ser jieħdu sehem fl-Irtir Parrokkjali tar-Randan nhar il-Ħadd li ġej 31 ta’ Marzu li t-tluq ikun minn Triq Imrabat fit-8:15am għall-Lunzjata r-Rabat. It-trasport jgħaddi wkoll mill-Pjazza tal-Balluta.
Il-Ħamis 4 t’ April wara l-quddiesa ta’ fil-għaxija ser isir kunċert spiritwali mill-organista John Aquilina, b’riflessjonijiet fuq l-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesù fuq is-salib.
F’dik l-istess ġimgħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa jkollna l-eżercizzi għal Kulħadd fil-quddiesa tas-6:30pm mill-Kappillan P. Renald Lofreda O.Carm.
Avviżi – 17/03/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 17 TA’ MARZU 2019
Nhar it-Tlieta 19 ta’ Marzu hija s-Solennita ta’ San Ġużepp. Ghalkemm mhix festa Kmandata tkun ħaġa sabiħa li kull min jista’ jieħu sehem fil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ xogħol. Fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar u fis-6:30pm il-quddiesa mmexxija mill-Provinċjal.
L-Erbgħa nibdew tliet ijiem ta’ devozzjoni f’ġieh ĠESU NAZZARENU. Fis-6:00pm jkollna l-adorazzjoni tas-Salib Imqaddes immexxija mill-Kappillan. Fis-6:30pm Quddiesa bl-omelija fuq Ġesu Nazzarenu minn P. Victor Paul Farrugia O.Carm. Janimaw il-quddiesa u l-adorazzjoni l-Folk Group tal-parroċċa.
Il-Ħamis fis-6:00pm jkollna l-adorazzjoni quddiem Ġesu Ewkaristija mmexxija mill-Kappillan. Fis-6:30pm Quddiesa bl-omelija fuq Ġesu Nazzarenu minn P. Victor Paul Farrugia O.Carm. Janimaw il-quddiesa u l-adorazzjoni il-Grupp tal-Ħniena Divina.
Il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa Devozzjonali ta’ Ġesu Nazzarenu. Fis-6:00pm jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar u fis-6:30pm il-quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P Arċisqof Emeritus ta’ Malta. Inħeġġu lill-membri kollha tal-parroċċa biex nipparteċipaw flimkien f’din iċ-ċelebrazzjoni.
Il-Ħadd 31 ta’ Marzu ser nagħmlu l-Irtir Parrokkjali tar-Randan mal-parroċċa ta’ Santa Venera fid-Dar tat-Talb Lunzjata bejn id-9:00am u s-1:30pm. Tluq mill-Pjazza tal-Balluta fid-8:15am. Min jixtieq jiġi mitlub jibbukkja fis-sagristija jew l-uffiċċju parrokkjali.
Eżerċizzi Randan 2019
EŻERCIZZI TAR-RANDAN
FIL-PARROĊĊA TAL-BALLUTA
MARZU u APRIL 2019
Mit-Tnejn 11 sal-Ġimgħa 15 ta’ Marzu: Eżercizzi għal kulħadd.
Fil-quddiesa tad-9:30am. Jippriedka r-Rev. P. Alfred Scerri OFM cap.
Mit-Tnejn 11 sal-Erbgħa 13 ta’ Marzu: Eżercizzi għat-Tfal
Fil-5:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali mill-Kappillan P. Renald J.M. Lofreda O.Carm.
Mill-Erbgħa 20 sal-Ġimgħa 22 ta’ Marzu: TRIDU TA’ ĠESU NAZZARENU.
Fil-quddiesa tas-6:30pm. Jippriedka r-Rev. P. Victor Paul Farrugia O.Carm.
Mit-Tnejn 1 t’ April sal-Ġimgħa 5 t’ April: Eżerċizzi għal kulħadd.
Fil-quddiesa tas-6:30pm. Jippriedka r-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. Kappillan.
Mit-Tnejn 8 t’ April sal-Ħamis 11 t’ April: Eżerċizzi għall-Miżżewġin.
Fis-7:00pm Fiċ-Ċentru Parrokkjali. Jippriedka Mons. Frans Abdilla.
Tberik tal-Familji 2019
ŻJAJJAR U TBERIK FIL-FAMILJI TAL-PARROĊĊA
Mill-4:45pm ‘il quddiem.
It-Tlieta 5 ta’ Marzu: Trejqet il-Bajja u Triq Angelo Pullicino.
Il-Ħamis 7 ta’ Marzu: Triq Alfred Gauci.
Il-Ħamis 14 ta’ Marzu: Telgħa ta’ San Ġiljan u Rampa ta’ San Ġiljan.
It-Tlieta 23 t’ April: Triq Ċensu Tabone u Triq it-Torri.
It-Tnejn 29 t’ April: Triq is-Sur Fons
It-Tlieta 30 t’ April: Triq il-Karmelitani
Il-Ħamis 2 ta’ Mejju: Triq Sant’ Injazju u Triq Scicluna.
Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju: Triq Dun Ġużepp Xerri.
It-Tnejn 6 ta’ Mejju: Triq il-Kulleġġ l-Antik u Telgħet il-Kulleġġ l-Antik.
It-Tlieta 7 ta’ Mejju: Triq Manwel Dimech.
Il-Ħamis 9 ta’ Mejju: Triq Patri Marjanu Vella u Triq Camenzuli.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju: Triq San Enriku u Triq Sant’ Elena.
It-Tnejn 13 ta’ Mejju: Triq Sant’ Anġlu.
It-Tlieta 14 ta’ Mejju: Triq Ġafar u Triq il-Ħnejja.
Il-Ħamis 16 ta’ Mejju: Triq Dun Anton Debono.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju: Triq Birkirkara.
Avviżi – 03/03/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 3 TA’ MARZU 2019
It-Tnejn fl-10:00am issir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
L-Erbgħa huwa l-Erbgħa tal-Irmied. Fil-quddies kollu jsir ir-rit tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied. Fis-6:00pm jkollna l-Via Crucis u fis-6:30pm quddiesa konċelebrata. Infakkru li dakinhar hemm l-obbligu tas-sawm u tal-astinenza u ma jiswiex laħam.
Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-5:45pm u l-Lectio Divina fis-7:00pm.
Il-Ġimgħa ssir l-adorazzjoni fil-kappella fis-7:00pm.
Għas-sodisfazzjon tagħkom, il-ġbir tal-arbural tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu mid-djar tal-parroċċa laħaq is-somma ta’ € 3400. Nirringrazzjawkom ħafna u mill-qalb tal-ġenerożita tagħkom u napprezzaw ħafna din l-għajnuna tagħkom.
Marzu 2019
Fuljett Marzu 2019
Avviżi – 23/02/19
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
IL-ĦADD 23 TA’ FRAR 2019
It-Tlieta nkomplu t-tberik u żjajjar fil-familji tal-parroċċa fi Triq Furtu Selvatico u l-Ħamis fi Triq Zammit Clapp. Nibdew fil-4:45pm.
Il-Ħamis issir l-adorazzjoni Ewkaristika fis-5:45pm. Fis-7:00pm issir il-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5:45pm ikollna l-adorazzjoni animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar. Wara l-quddiesa tad-9:30am ikollna r-rużarju meditat.
Il-Ħadd il-quddiesa tal-10:00am tkun għat-tfal u għall-familji. Nħeġġu lill-ġenituri sabiex jieħdu sehem flimkien ma’ wliedhom.
Dawk li kienu jirċievu l-avviżi tal-parroċċa permezz ta’ email u ma baqgħux jirċevuhom għal xi raġuni jew oħra, jekk jixtiequ li jkomplu jirċievu dan is-servizz huma mitluba li jiktbu isimhom u l-email address tagħhom fil-lista apposta li tinsab fis-sagristija.
Għas-sodisfazzjon tagħkom, il-ġbir tal-arbural tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu mid-djar tal-parroċċa laħaq is-somma ta’ € 3400. Nirringrazzjawkom ħafna u mill-qalb tal-ġenerożita tagħkom u napprezzaw ħafna din l-għajnuna tagħkom.