Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: December 2018

Avviżi – 30/12/18

BallutaavvizimtDecember 27, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 30 TA’ DIĊEMBRU 2018

 

It-Tnejn 31 ta’ Diċembru, fil-5:30pm nesponu lil Ġesu Ewkaristija għall-adorazzjoni fis-skiet.  Fis-6:00pm jkollna l-Ewwel Għasar Solenni tas-Solennità ta’ Marija Omm Alla u fis-6:30pm il-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla f’għeluq is-sena 2018 li tispiċċa bit-Te Deum u l-barka sagramentali.

It-Tlieta l-1 ta’ Jannar hija s-Solennità ta’ Marija Omm Alla.  Hija Festa Kmandata mhux għax l-ewwel tas-sena imma għax l-ikbar festa tal-Madonna.  Il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd;  6am, 7am, 8am, 9am, 10am, 11am u 6:30pm.  QUDDIESA TA’ NOFSINHAR MA JKUNX HAWN.

Il-Ħamis bħala preparazzjoni għall-bidu uffiċċjali tal-ħidma pastorali ta’ P. Renald bħala kappillan, ser imexxi quddiesa fis-6:00pm fil-Kappella Ġesù l-Ħabib u wara nofs siegħa adorazzjoni.  Huma mistiedna b’mod speċjali dawk li jiffrekwentaw il-kappella u li joqgħodu fl-inħawi tal-kappella.

Il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, fis-5:45pm il-kappillan imexxi l-adorazzjoni fis-5:45pm flimkien mal-għaqdiet tal-parroċċa u l-Grupp tal-Ħniena Divina b’talb għall-bżonnijiet tal-parroċċa.  Fis-6:30pm ikollna l-quddiesa bħas-soltu.

Is-Sibt  5 ta’ Jannar, l-Ewwel Sibt tax-xahar, ikollna r-rużarju meditat wara l-quddiesa tad-9:30pm.  Fil-għaxija ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tal-kappillan il-ġdid li tibd fil-5:00pm billi l-baned tal-Karmnu tal-Balluta u tal-Karmnu taż-Żurrieq jakkumpanjaw lill-kappillan flimkien ma’ membri tal-għaqdiet tal-parroċċa miċ-Ċentru Parrokkjali fi Triq Scicluna, għal Triq il-Kulleġġ l-Antik, Triq Marjanu Vella, Triq Sant’ Anġlu, Triq San Neriku, Triq Sant’ Elena, Triq Manwel Dimech, Pjazza tal-Balluta sal-Knisja Parrokkjali fejn fis-6:15pm jasal fostna l-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi.  Fis-6:30pm tibda l-quddiesa konċelebrata li fiha Patri Renald jingħata l-ġurament tal-ħatra ta’ kappillan u jsiru r-riti liturġiċi li jfissru d-dmirijiet tal-kappillan bħala ragħaj tal-parroċċa.

Il-Ħadd 6 ta’ Jannar hija s-Solennità tal-Epifanija.  Fid-9:00am jkollna l-quddiesa għat-tfal u l-familji u fis-6:30pm il-quddiesa li tagħlaq il-festi tal-Milied bir-ripożizzjoni u l-bews tax-xbieha ta’ Ġesù Bambin.

It-Tlieta 8 ta’ Jannar ser nagħmlu ħarġa kulturali li fiha nżuru l-knisja u l-kunvent tal-Karmelitani fl-Imdina fejn ikollna l-quddiesa u nżuru wkoll il-fdalijiet u ċ-ċella tal-Qaddej t’ Alla Patri Avertan Fenech Karmelitan.  Min jixtieq jiġi hu mitlub jikteb ismu fil-lista li hemm apposta fis-sagristija.  Tluq fid-9:00am mill-Pjazza tal-Balluta.

Avviżi – 23/12/18

BallutaavvizimtDecember 23, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 23 TA’ DIĊEMBRU 2018

 

 

Għada t-Tnejn 24 ta’ Diċembru, Lejliet il-Milied, fis-6:00pm jkollna l-Ewwel Għasar Solenni tal-Milied u quddiesa tal-Vġili fis-6:30pm li tibda bit-translazzjoni tal-Bambin mis-sagristija sa quddiem l-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu.

Fid-9:30pm  tibda l-Velja tal-Lejl tal-Milied u fl-10:30am il-quddiesa ta’ bil-lejl li tibda bit-translazzjoni tal-Bambin u l-priedka tal-Milied minn Larson Zerafa.

It-Tlieta 25 ta’ Diċembru huwa Jum il-Milied.  Festa Kmandata.  Il-quddies ikun fis-6:00am, 7:00am, 8:00am, 9:00am, 10:00am u 11:00am.  Ma jkollniex quddiesa ta’ nofsinhar.  Fis-6:00pm jkollna t-Tieni Għasar tal-Milied u l-quddiesa fis-6:30pm.

Il-Ħamis fis-7:00pm jkollna l-Lectio Divina fiċ-Ċentru Parrokkjali u l-Ġimgħa l-adorazzjoni fis-7:00pm fil-kappella.

Is-Sibt u l-Ħadd u t-Tnejn, l-aħħar tliet ijiem tas-sena, se nagħmlu ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu Ewkaristija qabel il-quddiesa tas-6:30pm.  Nibdew fis-5:45pm.  Imexxi l-adorazzjoni l-kappillan flimkien mal-Kummissjoni Liturġika.

Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru hija l-festa tal-Familja Mqaddsa.  Għall-quddiesa tal-10:00am qed nagħmlu stedina lill-membri tal-Grupp Familji Nsara u lil dawk il-koppji li din is-sena qed ifakkru l-10, l-20, il-25 jew il-50 anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

Avviżi – 16/12/18

BallutaavvizimtDecember 15, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 16 TA’ DIĊEMBRU 2018

 

Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-novena tal-Milied billi kuljum fis-6:00pm ikollna t-talba ta’ fil-għaxija, il-kurunella tal-Bambin, u l-barka sagramentali.  Il-quddiesa tan-novena fis-6:30pm tkun animata mill-għaqdiet u gruppi differenti tal-parroċċa.

  • It-Tnejn: It-Terzjarji Karmelitani
  • It-Tlieta: Il-Legion of Mary u l-Azzjoni Kattolika
  • l-Erbgħa: L-abbatini u l-ġenituri tagħhom
  • Il-Ħamis: Il-ministri tat-tqarbin, l-animaturi u letturi
  • Il-Ġimgħa: Il-helpers tal-knisja u tal-parroċċa u dawk li jqassmu l-Flimkien.
  • Is-Sibt: Il-Kummissjoni Familja, il-Kummissjoni Djakonija u l-Grufan.

It-Tnejn, it-tfal tal-katekiżmu jkollhom ċelebrazzjoni tal-Milied fic-Centru Parrokkjali fil-5:00pm fejn nagħmlu wkoll it-tberik tal-Bambini u presepji.

Il-Ħamis wara l-quddiesa tan-novena jkollna l-Lectio Divina fic-Centru Parrrokkjali.

Il-Ġimgħa wara l-quddiesa tan-novena ssir l-adorazzjoni fil-kappella.

Is-Sibt wara l-quddiesa tan-novena ser isir kuncert tal-Milied mill-Kor Parrokkjali u s-Socjeta Muzikali tal-Karmnu tal-Balluta.  Kulħadd huwa mistieden.

Infakkru li bħalissa fil-Maħżen tal-armar tal-festa għaddej il-bazaar tal-Milied b’risq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Il-purcissjoni tal-Bambin ser isir nhar il-Ħadd 23 ta’ Diċembru wara l-quddiesa tal-10:00am u tintemm fil-Kappella Ġesu l-Ħabib.  Inħeġġu lill-ġenituri biex jieħdu sehem flimkien ma’ wliedhom.  Ser tieħu sehem ukoll il-banda tal-Balluta b’innijiet tal-Milied.

Avviżi – 09/12/18

BallutaavvizimtDecember 8, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 9 TA’ DIĊEMBRU 2018

 

Nhar it-Tlieta ssir il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Nhar il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni Ewkaristika fis-5:45pm fil-Knisja Parrokkjali.  Fis-7:00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali jkollna l-Lectio Divina.  Fiha nitkellmu, nirriflettu u nitolbu fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.

Il-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru niċċelebraw il-Festa tal-Karmelitan San Ġwann tas-Salib.  Inħeġġu lit-Terzjarji Karmelitani biex dakinhar jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.  Fil-kappella tal-adorazzjoni fis-7:00pm ikun hemm ukoll nofs siegħa adorazzjoni animata.

Is-Sibt 15 ta’ Diċembru ser isir Seminar dwar is-sehem tal-Lajċi fil-Knisja għal dawk kollha nvoluti fil-ħidmiet tal-parroċċa u fl-għaqdiet.  Dan ser isir fiċ-Ċentru Parrokkjali bejn id-9:30am u 12:30pm flimkien mal-parroċċi l-oħra ta’ Tas-Sliema.  Il-kelliem ser ikun  Dun Anton Portelli.  Inħeġġu ħafna lil dawn kollha sabiex jagħmlu l-almu tagħhom u jipparteċipaw anki jekk ma jistgħux ikunu preżenti matul il-ħin kollu.

Is-Sibt ukoll tibda n-novena tal-Milied.  Fis-6:00pm jkollna l-kant tat-talba ta’ fil-għaxija, kurunella tal-Bambin u l-barka sagramentali.  Fis-6:30pm il-quddiesa tal-ewwel jum tan-novena tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Festa u l-membri tal-każin tal-banda tal-Balluta.

Il-Ħadd inkomplu n-novena billi fis-6:00pm jkollna l-kant tat-talba ta’ fil-għaxija, kurunella tal-Bambin u l-barka sagramentali.  Fis-6:30pm il-quddiesa tat-tieni jum tan-novena tkun bis-sehem tal-katekisti tal-parroċċa.

Bħalissa fil-maħżen tal-knisja li jinsab fil-kuridur tan-niċċa tad-Duluri qed nagħmlu bazaar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.  Issibu fih bosta ħwejjeġ utli għal dan iż-żmien tal-Milied.

Bazaar ieħor tal-Milied jibda llum il-Ħadd ġewwa l-Maħżen tal-armar organizzat mill-Kummissjoni Festa b’risq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu.  L-istess Kummissjoni Festa ser torganizza t-tqassim tar-rigali lit-tfal minn Father Christmas fid-djar nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru. Importanti li r-rigali ikunu mgeżwra u bl-isem u l-indirizz fuqhom. Dawn jistgħu  jinġiebu l-uffiċċju parrokkjali jew il-maħżen tal-armar tal-festa.

Il-Ħadd li ġej ukoll il-Kummissjoni Festa ser torganizza High Tea fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-2:00pm b’risq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu.  Biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni jew l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

Avviżi – 02/12/18

BallutaavvizimtDecember 1, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

IL-ĦADD 2 TA’ DIĊEMBRU 2018

 

Għada t-Tnejn 3 ta’ Diċembru fis-7:00pm ser issir laqgħa għall-letturi, animaturi, ministri straordinarji tat-tqarbin u dawk kollha li jagħtu sehemhom fil-liturġija.  Din se ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali.  Dawn kollha huma mħeġġa li jattendu.

Nhar il-Ħamis ikollna l-adorazzjoni Ewkaristika fis-5:45pm fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.   Għalhekk fis-5:45pm ikollna l-adorazzjoni Ewkaristika animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.  Il-quddiesa tas-6:30pm tkun tas-Solennita tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Is-Sibt 8 ta’ Diċembru hija s-Solennita tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Għalkemm mhix festa kmandata hija haġa sabiħa u xierqa li nagħmlu l-almu tagħna biex nieħdu sehem fil-quddiesa.  Il-ħinijiet tal-quddies bħal dawk ta’ matul il-ġimgħa.  Il-quddiesa tas-6:30pm tkun tal-Kunċizzjoni iżda tgħodd ukoll għall-Ħadd.

Il-bidu uffiċċjali tal-Ħidma Pastorali tal-Kappillan il-ġdid ser isir is-Sibt 5 ta’ Jannar 2019 fil-quddiesa tas-6:30pm li tkun immexxija mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi.  Il-programm taċ-ċelebrazzjoni jinsab fil-ħarġa tal-FLIMKIEN ta’ Diċembru.

Bħalissa fil-Maħżen tal-knisja qed nagħmlu Bazaar tal-Milied għall-bżonnijiet tal-parroċċa.  Issibu fih diversi affarijiet utli għal dawn iż-żminijiet tal-Milied.  Dan jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru.

Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru jibda Bazaar ieħor tal-Milied ġewwa l-Maħżen tal-armar organizzat mill-Kummissjoni Festa b’risq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu.  L-istess Kummissjoni Festa ser torganizza t-tqassim tar-rigali lit-tfal minn Father Christmas fid-djar nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru. Importanti li r-rigali ikunu mgeżwra u bl-isem u l-indirizz fuqhom. Dawn jistgħu  jinġiebu l-uffiċċju parrokkjali jew il-maħżen tal-armar tal-festa.

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti