Avviżi – 28/10/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 28 TA’ OTTUBRU 2018
- IL-LEJLA fl-4.00p.m., fil-knisja parrokkjali ta’ S. Venera, ser isir il-Kungress tat-Terzjarji Karmelitani, lajċi mpenjati fi ħdan l-Ordni Karmelitan.
- Illum hija l-aħħar ġurnata tal-Kappillan, P. Joe Saliba bħala mexxej tal-parroċċa. MINN GĦADA T-TNEJN, P. Renald Lofreda ser jibda jamministra l-Parroċċa. Aktar ‘l quddiem ninfurmaw dwar id-data tal-għoti tal-pussess tal-parroċċa minn Mons. Arċisqof. Filwaqt li nirringrazzjaw lil P. Joe tal-ħidma tiegħu fostna, nawguraw lil P. Renald ħidma fejjieda fostna.
- Min-naħa l-oħra, nifirħu u nawguraw lil P. Charles Mallia li reġa’ ġie konfermat Pirjol tal-komunità Karmelitana tal-Balluta.
- GĦDA, T-TNEJN, fil-5.00 p.m., fiċ-Ċentru, it-tfal li jattendu l-katekiżmu ser ikollhom attività speċjali marbuta mal-festa tal-Qaddisin kollha. It-tfal u l-ġenituri huma mistennija jattendu.
- L-ERBGĦA, fl-okkażjoni t’għeluq il-75 sena mill-mewt tal-Qaddej ta’ Alla, P. Avertan Fenech, ser issir Quddiesa u Vejla fil-knisja tal-Karmnu, l-Imdina. Min jixtieq jattendi, jikteb ismu fis-sagristija. Trasport jitlaq fil-5.00 p.m.
- IL-ĦAMIS hija l-FESTA SOLENNI TAL-QADDISIN KOLLHA.
- IL-ĠIMGĦA ssir it-TIFKIRA TAL-MEJTIN KOLLHA. Fis-6.30 p.m. ikun hawn Konċelebrazzjoni biex infakkru lill-għeziez tagħna.
- Min jixtieq jikteb il-Quddies għas-sena d-dieħla jista’ jagħmel dan fil-ħinijiet tal-uffiċċju parrokkjali.
- Matul ix-xahar ta’ Novembru, il-Quddies kollu ta’ filgħaxija jkun għall-Erwieħ li intom tiktbu fil-Kruċjata ta’ Talb għall-Erwieħ. Min jixtieq jikteb lill-għeżież tiegħu jista’ jieħu envelope minn ħdejn il-bibien tal-knisja, jimla’ l-formola u jgħaddih lil xi ħadd mill-patrijiet.
- Infakkru għall-aħħar darba, li min għadu ma ġabx l-envelope tal-ġabra għal-missjoni li tqassmu fid-djar u jixtieq jagħti l-offerta tiegħu, jista’ jġib l-envelope hawnhekk u jgħaddih lil xi ħadd mill-patrijiet. Il-ġabra għall-missjoni li saret fil-knisja kienet ta’ €1804.
Fuljett Novembru 2018
Avviżi – 21/10/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 21 TA’ OTTUBRU 2018
- Infakkru li matul dan ix-xahar, fis-5.55 p.m. jingħad ir-RUŻARJU QUDDIEM ĠESÙ EWKARISTIJA.
- IS-SIBT li ġej, fit-3.30p.m. ser issir laqgħa tal-Carmel Teens fiċ-Ċentru tal-Carmel Youths fi Triq il-Kulleġġ L-Antik. Il-laqgħa hija miftuħa għal studenti li qegħdin fi skola sekondarja.
- IL-ĦADD, li ġej, fil-5.00 p.m., fil-knisja parrokkjali ta’ S. Venera, ser isir il-Kungress tat-Terzjarji Karmelitani, lajċi mpenjati fi ħdan l-Ordni Karmelitan. Trasport jiltaq fl-4.00 p.m. mill-Pjazza tal-Balluta. Min jixtieq juża t-trasport jikteb ismu fis-sagristija.
- Fil-31 ta’ Ottubru, fl-okkażjoni t’għeluq il-75 sena mill-mewt tal-Qaddej ta’ Alla, P. Avertan Fenech, ser issir Quddiesa u Vejla fil-knisja tal-Karmnu, l-Imdina. Min jixtieq jattendi, jikteb ismu fis-sagristija. Trasport jitlaq fil-5.00 p.m.
- IL-BOOKING TAL-QUDDIES għas-sena d-dieħla ser jibda minn għada, t-TNEJN, bejn id-9.00 u l-11.00 a.m. u bejn l-4.30 u s-6.30 p.m. Il-booking ikompli skond kif jidher man-notice boards tal-knisja.
- Matul ix xahar ta’ Novembru filgħaxija ssir Kruċjata ta’ talb apposta għall-erwieħ għeżież taghna mejtin. Min jixtieq isieħeb lill-għeżież tiegħu f’dan it-talb jista’ jieħu envelope u formola minn ħdejn il-bibien tal-knisja, jimlieha u jgħaddieha lil xi ħadd mill-patrijiet.
- Infakkru li min għadu ma ġabx l-envelope tal-ġabra għal-missjoni li tqassmu fid-djar u jixtieq jagħti l-offerta tiegħu, jista’ jġib l-envelope hawnhekk u jgħaddih lil xi ħadd mill-patrijiet.
Avviżi – 14/10/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 14 TA’ OTTUBRU 2018
- Infakkru li matul dan ix-xahar, fis-5.55 p.m. jingħad ir-RUŻARJU QUDDIEM ĠESÙ EWKARISTIJA.
- IT-TLIETA, fid-9.30 a.m., ikomplu l-laqgħat tal-AZZJONI KATTOLIKA.
Filgħaxija, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, issir il-laqgħa tal-Grufan, Gruppi Familji Nsara.
- IS-SIBT, il-Kappillan preżenti, P. Joe Saliba ser jagħmel Quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla tal-ħidma tiegħu f’din il-parroċċa matul dawn it-tliet snin u nofs. Aħna mħeġġa, niġu nirringrazzjaw ‘l Alla miegħu għas-servizz tiegħu f’din il-parroċċa. Tajjeb jingħad li mhu qed jintbaghtu l-ebda nviti personali u għalhekk din hija stedina miftuħa għal kulħadd.
Il-Kappillan il-ġdid, P. Renald Lofreda ser jibda l-ministeru tiegħu bħala Amministratur tal-Parroċċa minn nhar it-Tnejn 29 ta’ Ottubru.
- IL-ĦADD hija l-Ġurnata Missjunarja, jum li fih nitolbu għall-missjonijiet u għall-missjunarji. Il-ġbir kollu li jsir is-Sibt filħgaxija u l-Ħadd jkun għall-missjoni. L-iskop tal-ġbir huwa biex jgħin il-Knisja tkompli l-missjoni tagħha fil-missjonijiet, permezz ta’ proġetti li jgħinu biex il-bniedem ikollu dak li hu l-aktar meħtieġ fil-ħajja u biex titwassal lilu l-Aħbar it-Tajba tal-Vanġelu.
L-Isqof Awżiljarju jħeġġiġna nkunu ġenerużi fl-offerta tagħna. Huwa jaffakrna fl-envelopes tal-ġabra għall-missjoni li tqassmu fil-familji. Min għadu ġabx l-envelope il-knisja jew għadhu ma bagħtux direttament lil MISSIO MALTA, biex dan ifittxu jagħmluh. Huwa jirringrazzja lil kulħadd mill-qalb għall-ġenerożità tagħkom.
- L-ERBGĦA 24 ta’ Ottubru, il-Kunsill Lokali ta’ S. Ġiljan qed jorganizza Ħarġa għall-Anzjani. Min jixtieq informazzjoni jċempel lill-Kunsill.
Kappillan Ġdid għall-Parroċċa tal-Balluta
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Patri Renald Lofreda O.Carm bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Balluta.
Patri Renald Lofreda twieled fid‑9 ta’ Settembru 1978 u għadda ħafna mit‑tfulija tiegħu fil‑parroċċa ta’ Santa Venera fejn sar jaf lill‑patrijiet tal‑Ordni Karmelitan. Huwa daħal mal‑Karmelitani fl‑1996 u għamel in‑novizzjat f’Pisa, l‑Italja, bejn Awwissu tal‑1998 u Settembru tal‑1999. Studja l‑Filosofija u t‑Teologija fl‑Università ta’ Malta u studja wkoll il‑Liturgija fl‑Università Pontifiċja tal‑Kulleġġ St Patrick’s fl‑Irlanda.
Patri Renald ġie ordnat saċerdot fl‑20 ta’ Ġunju 2003. Il‑ħidma pastorali tiegħu bdiet fil‑parroċċa tal‑Fgura fejn serva bħala djaknu, u mbagħad bħala saċerdot u kappillan għal 14‑il sena. Matul is‑snin serva wkoll bħala direttur u viċi direttur tal‑Vokazzjonijiet Karmelitani, għallem ir‑Reliġjon fil‑Kulleġġ San Elija u serva wkoll ta’ direttur spiritwali tal‑istess kulleġġ. Minn April tal‑2017 Patri Renald beda jifforma parti mill‑komunità Karmelitana ta’ Fleur‑de‑Lys.
Il‑parroċċa tal‑Balluta tiġbor fiha madwar 5,000 persuna f’1,500 familja.
Ottubru 2018
Avviżi – 07/10/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 7 TA’ OTTUBRU 2018
- GĦANDNA L-PJAĊIR INĦABBRU LI, MONS. ARĊISQOF, ĦATAR LIL P. RENALD LOFREDA, KARMELITAN, BĦALA L-KAPPILLAN IL-ĠDID TAL-PARROĊĊA TAGĦNA TAL-BALLUTA.
FIL-WAQT LI NIRRINGRAZZJAW LIL P. JOE SALIBA, TAL-ĦIDMA TIEGĦU FOSTNA BĦALA KAPPILLAN TUL DAWN IT-TLIET SNIN U NOFS, NIFIRĦU LILL-KAPPILLAN IL-ĠDID, NILQGĦUH FOSTNA U NITOLBU GĦALIH.
IL-LEJLA U MATUL IX-XAHAR TA’ OTTUBRU, fis-5.55 p.m. jingħad ir-RUŻARJU QUDDIEM ĠESÙ EWKARISTIJA. Min jista’ huwa mħeġġeġ jieħu sehem f’din it-talba biblika għall-bżonnijiet tal-Knisja, tal-Missjoni u tal-Vokazzjonijiet.
- IL-LEJLA wkoll, fis-7.15 p.m., fi Ġnien Indipendenza, ser jingħad ir-Rużarju quddiem l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes.
- IT-TNEJN, fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.
- IT-TLIETA, fid-9.30 a.m., ikomplu l-laqgħat tal-AZZJONI KATTOLIKA.
- IL-ĠIMGĦA, fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru Parrokkjali, ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp 60+. Dak inhar ikollhom Quddiesa.
- L-ERBGĦA 24 ta’ Ottubru, il-Kunsill Lokali ta’ S. Ġiljan qed jorganizza Ħarġa għall-Anzjani. Min jixtieq informazzjoni jċempel lill-Kunsill.
Fuljett Ottubru 2018
Avviżi – 30/09/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 30 ta’ SETTEMBRU 2018
- GĦADA U MATUL IX-XAHAR TA’ OTTUBRU, fis-5.55 p.m. jingħad ir-RUŻARJU QUDDIEM ĠESÙ EWKARISTIJA. Min jista’ huwa mħeġġeġ jieħu sehem f’din it-talba biblika għall-bżonnijiet tal-Knisja, tal-Missjoni u tal-Vokazzjonijiet.
- IT-TLIETA, fil-Quddiesa tad-9.30 a.m. ser isir it-TESSERAMENT TAL-MEMBRI TAL-AZZJONI KATTOLIKA.
- IL-ĠIMGĦA 5 TA’ OTTUBRU 2018 FID-9.30AM FIS-SANTWARJU BAŻILIKA TAL-ASSUNTA, IL-MOSTA, ser issir Quddiesa apposta mmexxija minn Mons. Arċisqof biex tfakkar JUM L-ANZJANI. It-tema magħżula għal din is-sena mill-Papa Franġisku hija: ‘Ix-Xjuħija – Żmien ta’ Grazzja’ . Minn ħdejn il-knisja ser ikun hawn trasport li jitlaq fit-8.30 a.m. Min jixtieq jiġi jikteb ismu u n-numru tat-telefon fis-sagristija.
- IL-ĦADD li ġej, ser niċċelebraw JUM L-AMBJENT U JUM IN-NANNIET. Għaldaqstant nistiednu lit-tfal, il-ġenituri u n-nanniet tagħhom biex dak inhar jiġu għall-Quddiesa tal-10.00 a.m. li tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji.
IL-ĦADD ukoll, fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma ser issir il-LAQGĦA TAT-TERZJARJI KARMELITANI.
- L-Isqof Awżiljarju, Mons. Joseph Galea Curmi javża li din is-sena il-Knisja qed tfakkar L-450 SENA MIT-TWELID TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA, żagħżugħ li twieled ġo familja nobbli imma ċaħad l-unuri fiergħa u l-ġid materjali. Daħal Ġiżwita u beda jgħin u jġorr il-vittmi tal-pesta. Miet ta’ 23 sena. Il-Knisja ddikjaratu Patrun taż-żgħażagħ u Patrun tal-vittmi tal-AIDS. Il-Papa Franġisku nieda Sena ta’ Ġublew ta’ San Alwiġi Ġonzaga. Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, ġab il-permess li f’xi knejjes partikulari tista’ tintrebaħ l-Indulġenza Plenarja darba kuljum matul din is-sena Ġubilari. It-tliet knejjes f’Malta għar-rebħ tal-Indulġenza Plenarja huma: il-knisja ta’ Sarria, il-kappella tal-Kulleġġ ta’ S. Alwiġi, B’Kara u l-knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija. Dettalji oħra wieħed jista’ jara n-notice-board tal-knisja.