Avviżi – 23/09/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU – BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – 230918
- IL-ĠIMGĦA, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija, il-Kor Olandi Trajecti Voces Holland taħt id-direzzjoni ta’ Paul Snoek, ser jagħmlu kunċert qasir. Kulħadd huwa mistieden.
FL-1 ta’ OTTUBRU ser jibdew il-lezzjonijiet tal-katekiżmu fiċ-Ċentru Titu Brandsma, fi Triq Scicluna. Infakkru li dawk li għadhom ma rreġistrawx lit-tfal tagħhom għall-katekiżmu, huma mitluba jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju jew nhar il-Ħadd bejn l-10.00 u nofsinhar.
- Il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, tal-Kummissjoni Liturġika, tal-Kummissjoni Familja u tal-Kummissjoni Djakonija, flimkien mal-Letturi u l-Ministri Straordinarji ta-Tqarbin, huma mitluba jiġbru formola tad-data protectionmis-sagristija u jġibuha mimlija fl-uffiċċju parrokkjali mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa t-3 ta’ Ottubru. Jekk xi ħadd minn dawn il-persuni diġà mela din il-karta minħabba li jagħti xi servizz ieħor fil-parroċċa, m’hemmx għalfejn jerġa’ jimlieha.
- Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema javża lill-pubbliku li qed tilqa’ l-bookings għat-titqiba tal-influwenza. Id-data tal-għeluq hija nhar l-Erbgħa li ġejjin.
- Mill-ĦADD 7 ta’ Ottubru, nerġġgħu nibdew il-Quddiesa tal-10.00 a.m. bis-sehem tat-tfal u l-familji. Il-ġenituri huma mħeġġa jġibu t-tfal tagħhom għal din il-Quddiesa.
Avviżi -16/09/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
– IL-ĦADD 16 ta’ SETTEMBRU 2018
- Dawk il-ġenituri li għadhom ma rreġistrawx lil uliedhom għall-katekiżmu, huma mitluba jiġu fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju, jew fis-sagristija nhar il-Ħadd, wara l-Quddies tal-10.00 a.m. Huwa meħtieġ li għar-reġistrazzjoni jiġu ż-żewġ ġenituri u jġibu l-ID Cards tagħhom.
Fuljett Settembru 2018
Avviż- 09/09/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
– IL-ĦADD 9 ta’ SETTEMBRU 2018
- Matul din il-ġimgħa, il-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra l-Kapitlu Provinċjali tagħha li ser jitmexxa mill-Pirjol Ġenerali tal-Ordni, P. Fernando Millán. Nhar il-Ġimgħa, fi tmiem il-Kapitlu, nixtiequ noffru lil dawk kollha li b’xi mod huma parti mill-Familja Karmelitana l-possibbiltà li jiltaqgħu mal-Pirjol Ġenerali tagħna. Għalhekk nistednukom tingħaqdu magħna f’Ċelebrazzjoni tal-Familja Karmelitana li ser issir fil-Kulleġġ San Elija, Venera, u tibda fis-7.30 p.m. Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jikteb ismu fis-sagristija. It-tluq bit-trasport ikun fis-6.45 p.m. mill-Pjazza tal-Balluta.
- IL-ĦADD li ġej huwa JUM L-ART IMQADDSA. L-Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi, jappella biex noffru t-talb tagħna lil Alla għal dawn ħutna li jgħixu hemm u biex ikun hemm il-paċi fl-Art Imqaddsa. Huwa jħeġġiġna ngħinu wkoll materjalment, billi nagħtu l-offerta ġeneruża tagħna fil-ġabra li sejra ssir fil-quddies is-Sibt filgħaxija l-Ħadd. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.
Avviżi – 02/09/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 2 ta’ SETTEMBRU 2018
- Illum hija l-festa ta’ San Girgor. Nawguraw il-festa t-tajba lill-Kappillan u l-kleru u l-parruċċani ta’ San Girgor.
- IL-ĠIMGĦA hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5.45 p.m. ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
- Nhar is-Sibt hija l-festa ta’ Marija Bambina (il-Vitorja). Tkun ħaġa sabiħa li dakinhar nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun bħal matul il-ġimgħa.
- Kif probabbli tafu, mill-10 sal-14 ta’ Settembru li ġej il-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra l-Kapitlu Provinċjali. Il-Kapitlu se jitmexxa mir-Rev.mu Pirjol Ġenerali tal-Ordni, P. Fernando Millán Romeral, akkumpanjat mill-Kunsillier Ġenerali, P. John Keating O.Carm. Il-Ġimgħa, 14 ta’ Settembru, fi tmiem il-Kapitlu nixtiequ noffru lil dawk kollha li b’xi mod huma parti mill-Familja Karmelitana l-possibbiltà li jiltaqgħu mal-Pirjol Ġenerali tagħna. Għalhekk nistednukom tingħaqdu magħna f’Ċelebrazzjoni tal-Familja Karmelitana. Din ser ssir fil-Kulleġġ San Elija, Venera, u tibda fis-7.30 p.m.
Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jikteb ismu fis-sagristija. It-tluq bit-trasport ikun fis-6.45 p.m. mill-Pjazza tal-Balluta.