Fuljett Awwissu 2018
Il-Festa t-Tajba
Avviżi – 29/07/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 29 ta’ Lulju 2018
- IL-LEJLA 45: Għasar tal-Madonna tal-Karmnu.
18.15: Quddiesa. (minflok fis-6.30 p.m.)
19.30: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-Pirjol, P. Charles Mallia. Fil-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju. Il-purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq il-Kbira, it-Torri, il-Kulleġġ L-Antik, P. Marjanu Vella, S. Anġlu, S. Enriku, S. Elena, Manwel Dimech, Pjazza tal-balluta, lura għall-knisja. Nappellaw biex minn fejn tgħaddi l-purċissjoni ma jitħallewx karozzi pparkjati għax jiġu ttowjati.
22.30: Dħul tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali, kant tal-antifona Flos Carmeli u Barka Sagramentali.
- Il-ĠIMGĦA hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5.45 p.m. ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
- IS-SIBT, wara l-Quddiesa tad-9.30 am, jkun hawn ir-Rużarju Meditat.
- IS-SIBT ukoll, ser issir l-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joseph Galea-Curmi, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa tibda fis-7:00pm. Nitolbu għal Mons. Galea Curmi biex il-Mulej jgħinu f’din ir-responsabbiltà ġdida fdata lilu mill-Papa Franġisku.
- Ħarġet ir-rivista FLIMKIEN li fiha l-fuljett Tal-Karmnu, Balluta. Il-helpers mitluba jiġbru l-kopji tagħhom mis-sagristija.
- Nirringrazzjaw lil dawk kollha li għenu fit-tħejjijiet għall-Festa, kemm fil-Knisja u kemm barra fit-toroq. Nappellaw biex il-lejla, wara l-purċissjoni, min jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu, imqar għal ftit ħin, din tiġi apprezzata ħafna.
- IL-KOMUNITÀ KARMELITANA tawgura l-Festa t-Tajba lilkom u l-familji tagħkom.
Avviżi – 22/07/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 22 ta’ Lulju 2018
- IT-TNEJN, fl-10.15 a.m. Quddiesa għall-morda u l-anzjani, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal-Morda. Fis-6.30 p.m. Quddiesa li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji Karmelitani.
- IT-TLIETA, Fis-6.30m. Quddiesa bis-sehem tal-familji u t-tfal bil-priedka dwar il-Madonna minn Gabriel Fonde.
- L-ERBGĦA, L-ĦAMIS U L-ĠIMGĦA huma ġranet ta-Tridu. Fit-Tridu jippriedka P. Victor Paul Farrugia Karmelitan.
- L-ERBGĦA, fis-5.45 p.m. Preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna bis-sehem tal-familji li kellhom tarbija matul din is-sena.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa li għaliha huma mistiedna dawk il-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw il-25, 30, 40 50 u 60 sena taż-Żwieġ. Ser imexxi P. Kurt Mizzi, saċerdot novell Karmelitan. Nirringrazzjaw lill-Mulej flimkien miegħu u nitolbu għalih.
- IL-ĦAMIS Fis-6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tal-Animaturi u l-Letturi u l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Fiha l-Letturi u l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iġeddu l-impenn tagħhom.
- IL-ĠIMGĦA fis-6.30 p.m. Quddiesa li fiha jsir talb għal dawk li mietu mill-festa li għaddiet ‘l hawn. Mistiedna l-qraba tagħhom.
- IS-SIBT fid-9.30m. Quddiesa li fit-tmiem tagħha jitkanta r-radd il-ħajr ‘l Alla.
5.45 p.m. Għasar tal-Madonna tal-Karmnu.
6.30 p.m. Transulazzjoni u Quddiesa Solenni ta’ Lejliet il-Festa, immexxija mill-Pirjol, Patri Charles Mallia.
- IL-ĦADD, nhar il-festa, Quddies: 6.00, 7.00, 8.00, 9.00, 11.00 u 12.00.
09.00: Quddiesa Prinċipali tal-Festa mmexxija mill-W.R.P. Alexander Vella, Provinċjal tal-Karmelitani b’radd ta’ ħajr f’għeluq is-600 sena tal-preżenza tal-Patrijiet Karmelitani f’Malta. Ma jkunx hawn Quddiesa tal-10.00 a.m.
17.45: Għasar tal-Madonna tal-Karmnu.
18.15: Quddiesa. (minflok fis-6.30 p.m.)
19.30: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-Pirjol, P. Charles Mallia. Fil-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
22.30: Dħul tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali, kant tal-antifona Flos Carmeli u Barka Sagramentali.
Nappellaw biex minn fejn tgħaddi l-purċissjoni ma jitħallewx karozzi pparkjati. Dawn jiġu ttowjati spejjeż tas-sidien.
Min jixtieq joffri bukkett lill-Madonna, jista’ jikteb ismu fis-sagristija. Min irid jista’ jagħti offerta għall-fjuri ta’ fuq l-artal fil-festa.
INĦEĠĠU LIL KULĦADD BIEX JIEĦU SEHEM FIT-TĦEJJIJIET GĦALL-FESTA TAL-PATRUNA TAGĦNA L-MADONNA TAL-KARMNU.
Avviżi – 15/07/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 15 ta’ Lulju 2018
1. Din il-ġimgħa ntemm il-ġbir tal-envelopes mid-djar għall-festa
parrokkjali. Min ma kienx id-dar u jixtieq jagħti l-offerta tiegħu
jista’ jġibu l-knisja u jgħaddih lil xi ħadd mill-patrijiet.
2. GĦADA, 16 ta’ Lulju, fl-10.00 a.m., bħala Karmelitani ser
niċċelebraw għeluq is-600 sena tal-Miġja tal-Karmelitani f’Malta.
Ser ikun hawn fostna il-Pirjol Ġenerali tagħna li ser imexxi
Konċelebrazzjoni fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt,
f’nhar il-Festa tal-Karmnu. Min jixtieq jingħaqad magħna għal din
l-okkażjoni sabiħa ta’ radd il-ħajr qed noffru trasport dirett għas-
Santwarju li jitlaq mill-Balluta fid-9.00 a.m. Min jixtieq jiġi jikteb
ismu fis-sagristija.
FILGĦAXIJA, fis-7.30 p.m. toħroġ Purċissjoni bl-istatwa devota
tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt.
Fit-8.00 p.m., fi Ġnien l-Indipendenza jingħad ir-Rużarju quddiem
l-istatwa tal-Madonna.
3. IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ–Ċentru ssir il-laqgħa tal-Grufan.
4. IL-ĠIMGĦA, nagħtu bidu għall-programm tal-festa titulari tal-
Madonna tal-Karmnu. Dak inhar, wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m.
ikun hawn adorazzjoni. L-operaturi pastorali kollha huma mħeġġa
jinġabru ħalli nitolbu flimkien għall-ġid spiritwali tal-festa.
5. IS-SIBT, il-Quddiesa tas-6.30 p.m. tkun bis-sehem tal-membri tal-
Kummissjoni Festa Esterna u tas-Soċjetà Mużikali Tal-Karmnu
Balluta. Waqt il-Quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa talistatwa.
Wara l-Quddiesa isir il-ħruġ tal-istatwa titulari tal-
Madonna tal-Karmnu min-niċċa.
6. Min jixtieq jordna bukketti jew jagħti offerta għall-fjuri għall-festa
jista’ jibbukkja fis-sagristija.
Avviżi – 08/07/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 08 ta’ Lulju 2018
- Il-ĠIMGĦA ser issir MANIFESTAZZJONI MARJANA organizzata mil-Leġjun ta’ Marija. Din ser tibda fis-7.00 p.m., minn ħdejn it-Torri sal-knisja parrokkjali. Wara ser ikun hawn Quddiesa mmexxija minn Mons. Pawl Cremona, Arċisqof Emeritu. Nimxu flimkien ma’ Marija f’dan ix-xahar iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu u nitolbu għall-ħtiġijiet tal-familji tagħna u ta’ pajjiżna.
- Matul din il-ġimgħa jkompli l-ġbir tal-envelopes mid-djar għall-festa parrokkjali mill-Prokuratur tal-festa. Il-ġabra sservi biex jitħallsu l-ispejjeż tal-istallazzjoni u l-konsum tad-dawl fil-ġimgħa tal-festa u l-ħlas ta’ erba’ mill-baned li jsiru fil-ġimgħa tal-festa. Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom ħalli niċċelebraw festa li tixraq lill-Patruna tagħna, l-Madonna tal-Karmnu.
- Nerġgħu nfakkru fir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu. Infakkru li minħabba l-liġi l-ġdida tal-protezzjoni tad-data, it-tfal kollha għandhom ikunu reġistrati u mhux biss dawk li ser jibdew jattendu għall-ewwel darba. Ir-reġistrazzjoni għandna ssir miż-żewġ ġenituri flimkien fl-uffiċċju parrokkjali. Din is-sena, it-tagħlim ser isir biss fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nitolbukom ma tħallux għall-aħħar biex inkunu nistgħu norganizzaw il-klassijiet tal-katekiżmu.
- IT-TNEJN 16 ta’ Lulju, fl-10.00 a.m., bħala Karmelitani ser niċċelebraw għeluq is-600 sena tal-Miġja tal-Karmelitani f’Malta. Ser ikun hawn fostna il-Pirjol Ġenerali tagħna li ser imexxi Konċelebrazzjoni fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt, f’nhar il-Festa tal-Karmnu. Min jixtieq jingħaqad magħna għal din l-okkażjoni sabiħa ta’ radd il-ħajr qed noffru trasport dirett għas-Santwarju li jitlaq mill-Balluta fid-9.00 a.m. Min jixtieq jiġi jikteb ismu fis-sagristija.
Fuljett Lulju 2018
Fuljett Ġunju 2018