Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: June 2018

Avviżi – 01/07/18

BallutaavvizimtJune 30, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  01 ta’ Lulju 2018

 

  1. IL-ĦAMIS, fis-7.15 p.m., fil-Pjazza tal-Balluta ser issir Adorazzjoni b’talb bi tħejjija għall-festa parrokkjali. Din ser tkun immexxija mill-Komunità Abramo.

 

  1. Infakkru li dawk il-ġenituri li se jibagħtu lit-tfal tagħhom għat-tagħlim tal-katekiżmu f’Settembru li ġej, għandhom jieħdu l-applikazzjoni fl-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Il-ĠIMGĦA hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5.45 p.m. ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

 

  1. IL-ĠIMGĦA wkoll ser tiġi organizzata Gozo by night. Biljetti mingħad Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Matul din il-ġimgħa ser jibda l-ġbir tal-envelopes mid-djar għall-festa parrokkjali mill-Prokuratur tal-festa. Infakkru li l-iskop tal-ġabra huwa li jitħallsu l-ispejjeż tal-istallazzjoni u l-konsum tad-dawl fil-ġimgħa tal-festa u biex isir il-ħlas ta’ erba’ mill-baned li jsiru fil-ġimgħa tal-festa.  L-ispejjeż tal-festa huwa kbar.  Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom ħalli niċċelebraw festa li tixraq lill-Patruna tagħna, l-Madonna tal-Karmnu.

 

  1. Ħarġet ir-rivista FLIMKIEN li fiha l-fuljett tal-parroċċa. Il-helpers mitluba jiġbru l-kopji tagħhom mis-sagristija.

 

 

Avviżi – 24/06/18

BallutaavvizimtJune 24, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  24 ta’ Ġunju 2018

 

  1. IT-TLIETA, fl-okkażjoni t’għeluq iċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, ġejna mistiedna nieħdu sehem fit-tħejjija għall-festa. Dak inhar, fis-6.30 p.m. ser immexxu Quddiesa bis-sehem ta’ rappreżentanza mill-parroċċa tagħna.  Kulħadd huwa mistieden jingħaqad magħna biex naqsmu l-ferħ ta’ din l-okkażjoni ma’ waħda mill-parroċċi li minnhom ħarġet il-parroċċa tagħna.

 

  1. Infakkru li dawk il-ġenituri li jixtiequ jibagħtu lit-tfal tagħhom għat-tagħlim tal-katekiżmu f’Settembru li ġej, għandhom jiġbru applikazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali u jeħduha lura sa nhar il-Ħamis li ġej.

 

  1. Nhar il-ĠIMGĦA 6 ta’ Lulju ser tiġi organizzata Gozo by night. Biljetti mingħad Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Matul din il-ġimgħa ser jitqassmu l-envelopes tal-aħħar ġabra tal-Festa mill-Prokuratur tal-festa. L-iskop tagħha huwa biex jitħallsu l-ispejjeż tal-istallazzjoni u l-konsum tad-dawl fil-ġimgħa tal-festa u biex isir il-ħlas għal erba’ baned li jsiru l-Erbgħa, l-Ħamis u ż-żewġ baned tal-Ħadd filgħaxija.  Ma’ dawn hemm ħlasijiet oħra.   B’kollox l-ispiża tlaħħaq għal madwar €12,000.  Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom ħalli niċċelebraw festa li tixraq lill-Patruna tagħna, l-Madonna tal-Karmnu.

 

  1. Nixtiequ nagħmlu appell għal voluntiera biex jgħinu lill-Kummissjoni Festa Esterna fl-armar tal-festa. Kull għajnuna hija apprezzata.  Min jixtieq joffri l-għajnuna tiegħu, huwa mitlub ikellem lill-Kappillan.  Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

 

Gozo by Night

BallutaavvizimtJune 18, 20180

Avviżi – 17/06/18

BallutaavvizimtJune 18, 20180

 PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  17 ta’ Ġunju 2018

 

  1. IT-TNEJN, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ser jiltaqgħu l-Grupp ta’ Talb iffurmat wara l-Life in the Spirit Seminars. Il-laqgħa hija miftuħa għal kulħadd.

 

  1. IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru ssir il-laqgħa tal-Grufan.

 

  1. IS-SIBT U L-ĦADD LI ĠEJ sejra ssir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. Bil-ġabra nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh ikompli jagħmel għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra.  Il-Vigarju Ġenerali jħeġġeġna biex nkunu ġenerużi f’din il-ġabra.

 

  1. Il-ġenituri li jixtiequ jibagħtu lit-tfal tagħhom għat-tagħlim tal-katekiżmu f’Settembru li ġej, għandhom jiġbru applikazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali u jeħduha lura sat-28 ta’ Ġunju.

 

  1. Ser tiġi organizzata Gozo by night nhar il-ĠIMGĦA 6 ta’ Lulju. Biljetti mingħad Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.

 

Avviżi – 10/06/18

BallutaavvizimtJune 10, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  10 ta’ Ġunju 2018

 

 

  1. IL-ĦAMIS huwa l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm.  Tajjeb  niftakru fil-valur kbir li dawk li jistgħu jaghtu d-demm, u li dan jagħmluh b’sens ta’ mħabba u b’għozza tal-ħajja umana.

 

  1. IS-SIBT huwa JUM IL-PARROĊĊA. Dak inhar il-Quddiesa tas-6.30 p.m. ser tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji.  L-operaturi pastorali kollha huma mħeġġa jieħdu sehem biex infakkru t-twaqqif tal-parroċċa tagħna.

 

  1. FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-MISSIER, il-Quddies kollu tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd, ser ikun għall-bżonnijiet tal-missirijiet tagħna ħajjin jew mejtin. Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm envelopes b’formola li fiha nistgħu niktbu l-isem tal-missirijiet mejtin.  L-envelope għadduh lil xi ħadd mill-patrijiet jew lis-sagristan.

 

  1. Fadal l-aħħar żewġ postijiet għall-Pellegrinaġġ għal-Lourdes bejn l-20 u l-24 ta’ Awwissu. Informazzjoni u booking mill-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Il-Kunsill Lokali San Giljan jixtieq jgharraf lill-pubbliku li ser jibda jipprovdi s-servizz ta’ Mini-Van mill-Bajja tal-Balluta ghal Ta’ Giorni mill-15 ta’ Gunju 2018 sal-15 ta’ Settembru 2018 fid-9.30p.m. u fil-10.30p.m.

 

  1. IL-LEJLA fis-6.00 p.m., titkanta t-Talba ta’ filgħaxija quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6.30 p.m. ser issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal u l-familji u wara Purċissjoni tal-Qalb ta’ Ġesù bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

 

 

Ġunju 2018

BallutaavvizimtJune 6, 20180

Link ghall-Video – https://youtu.be/Tuz6zE4bd9w

 

Merħba! Il-Papa jistieden lil bnedmin ta’ rieda tajba sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:
Biex in-networks soċjali jaħdmu favur l-inklużjoni li tirrispetta d-differenzi tal-oħrajn.

Ninġabar:
Insib pożizzjoni komda u niffoka fuq in-nifs. Nitlob lil Alla biex jgħini f’dan il-ħin ta’ talb. Naħseb fuq kemm hawn modi ta’ komunikazzjoni u kif jien nużahom fil-ħajja ta’ kuljum.

Naħseb ftit:
X’importanza nagħti lill-komunikazzjoni mal-oħrajn?
Kemm noqgħod attent/a li nirrispetta lill-oħrajn meta nikkomunika fuq networks soċjali?
Ġieli osservajt li qed issir diskriminazzjoni ma’ xi grupp ta’ nies fuq xi network soċjali? Kif irreaġixxejt?

Nitlob:
Mulej, agħtini l-grazzja li nuża n-networks u l-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali b’mod li nirrispetta lill-oħrajn u li nwassal messaġġi pożittivi u inkoraġġanti.

Kliem ta’ dawl:
In-networks soċjali jistgħu jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet u jippromwovu t-tajjeb tas-soċjetà, imma jistgħu wkoll iwasslu għal diviżjoni bejn individwi u gruppi. Id-dinja diġitali hija pjazza pubblika, post fejn tiltaqa’ u fejn tista’ tinkoraġġixxi jew twaqqa’ lill-ieħor, tieħu sehem f’diskussjoni jew tattakka. Papa Franġisku

X’nista’ nagħmel:
Nikkomunika fuq xi network soċjali permezz ta’ messaġġi posittivi u li juru l-importanza tar-rispett u l-inklużjoni.

Fatt ċkejken:
Damian kien iħobb it-teknoloġija u kien jqatta’ ħin twil isegwi diversi networks soċjali, speċjalment Facebook. Imma issa kien għeja jara lill-persuni b’diżabilità jiġu ppreżentati bħala oġġett ta’ karità jew bħala xi hero. Għalih dawn iż-żewġ stampi ma kinux qed juru r-realtà ta’ ħajtu u ta’ sħabu. Għall-kuntrarju, hu jemmen li l-persuna b’diżabilità għandha dritt li tkun indipendenti finanzjarjament u mhux tistrieħ fuq il-karità. Kien ukoll josserva li minkejja li Facebook għandu potenzjal jilħaq ħafna nies, ftit li xejn kien hemm persuni b’diżabilità li jużaw dan iċ-ċans biex jikkomunikaw ma’ ħaddieħor.
Wara li kien ilu jtella’ u jniżżel, iddeċieda li jibda sensiela ta’ messaġġi fuq Facebook bl-għan li jiżdied l-għarfien dwar il-persuni b’diżabilità u jrawwem iktar rispett lejhom. Fl-istess waqt, ta’ kuljum kien jikkummenta dwar temi li mhumiex relatati mas-settur tad-diżabilità, biex iwassal il-messaġġ li l-ħajja għal persuni bħalu ma ddurx biss mad-diżabilità. Permezz ta’ Damian, kien hemm diversi nies li kienu jikkummentaw, jirriflettu u xi wħud waslu biex bdew il-paġna tagħhom ukoll.

Avviżi – 03/06/18

BallutaavvizimtJune 6, 20180

 PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  3 ta’ Ġunju 2018

 

  1. L-ERBGĦA, L-ĦAMIS U L-ĠIMGĦA huma ġranet ta’ tħejjija għall-festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Fit-tliet ijiem, fis-6.00 p.m. jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija u fis-6.30 p.m. Quddiesa b’Omelija mill-Kappillan fuq l-Eżortazzjoni Appostolika l-ġdida tal-Papa Franġisku, “IFIRĦU U THENNEW”.

 

  1. L-ERBGĦA, fit-8.00 p.m., fi Ġnien Indipendenza, ningħaqdu mal-Parroċċa ta’ S. Girgor għal adorazzjoni mmexxija minn membri tal-Youth Fellowship.

 

  1. IL-ĦAMIS, fis-5.45 p.m., ikun hawn adorazzjoni li fiha jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù ewkaristija.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m., fil-knisja, jkun hawn adorazzjoni bis-sehem tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, tal-Letturi, membri tal-Għaqdiet u tal-operaturi pastorali kollha.

 

  1. IL-ĦADD, issir il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Fis-6.00 p.m., titkanta t-Talba ta’ filgħaxija quddiem Ġesù Ewkaristija.  Fis-6.30 p.m. ser issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal u l-familji u wara Purċissjoni tal-Qalb ta’ Ġesù bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

 

  1. Nhar is-7 ta’ Ġunju, il-Viċi-Postulatur tal-Kawża ta’ P. Avertan, se jorganizza pellegrinaġġ fl-imkejjen marbuta mal-ħajja ta’ P. Avertan f’dawn il-lokalitajiet: il-Mosta, Il-Belt, il-Balluta, ir-Rabat u l-Imdina. Il-Pellegrinaġġ jinkludi informazzjoni, talb u quddiesa u wkoll ‘packed lunch’.  Il-pellegrinaġġ, li jinkludi wkoll Quddiesa, jibda fid-9.00am mill-Furjana u fi tmiem il-pellegrinaġġ it-trasport iwassal lil kulħadd il-Belt fil-5pm.  Min hu nteressat jieħu sehem jirreġistra fis-sagristija sal-4 ta’ Ġunju.

 

  1. FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-MISSIER, il-Quddies kollu tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd, 16 u 17 ta’ Ġunju jkun għall-bżonnijiet tal-missirijiet tagħna ħajjin jew mejtin. Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm envelopes b’formola li fiha nistgħu niktbu l-isem tal-missirijiet mejtin.  L-envelope għadduh lil xi ħadd mill-patrijiet jew lis-sagristan.
  2. Fadal xi postijiet għall-Pellegrinaġġ għal-Lourdes bejn l-20 u l-24 ta’ Awwissu. Informazzjoni u booking mill-uffiċċju parrokkjali.
  3. Il-lejla fis-7.15 p.m., fi Ġnien Indipendenza, ser jingħad ir-Rużarju quddiem l-istatwa tal-Madonna.

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti