Avviżi – 29/04/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 29 ta’ April 2018
- ILLUM, qed issir open day fid-DAR TAT-TALB, LUNZJATA, r-Rabat. Iktar dettalji mill-fuljetti li hemm ħdejn il-bibien tal-knisja.
- IT-TLIETA hija l-Festa ta’ S. Ġużepp Ħaddiem, Patrun tal-Ħaddiema. Il-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa.
- L-ERBGĦA hija l-ĦAMES Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Waqt il-Quddiesa tad-9.30 a.m., issir omelija fuq il-Madonna u wara tingħad il-Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu.
- Din il-ġimgħa jintemm it-tberik tal-familji. It-Tberik jibda fl-4.30 p.m.
IT-TNEJN: Triq ALFRED GAUCI, ANGELO PULLICINO u
TREJQET IL-BAJJA.
IL-ĦAMIS: TRIQ REGGIE MILLER u TRIQ LUQA BRIFFA.
- IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru ssir it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.
- IL-ĠIMGĦA, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, fis-5.45 p.m. ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, ser jorganizza Festival ta’ Folklor Malti fil-Pjazza tal-Balluta.
- IS-SIBT, wara l-Quddiesa tad-9.30 a.m. ikun hawn ir-Rużarju Meditat.
- IL-ĦADD fl-9.45 a.m., fl-Iskola ta’ St. Dorothy’s ser isir SEMINAR għall-Adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-isqof, għall-ġenituri u għall-parrini tagħhom.
Il-ĦADD ukoll l-10.00 a.m., fiċ-Ċentru jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.
- Il-Kap tal-Iskola Primarja ta’ Tas-Sliema tavża li r-reġistrazzjoni tat-tfal ghas sena skolastika li jmiss (tal-Kinder) huma miftuħa u għandu jmur jirreġistra fl-iskola primarja.
- Fit-8 ta’ Mejju, festa tal-Madonna ta’ Pompei se jsir pellegrinaġġ għal Marsaxlokk. Tluq minn Triq Imrabat fid-8.45 a.m. Booking mingħand Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.
- Fil-15 ta’ Mejju ser issir attività tal-Mother’s Day li tibda b’Quddiesa fil-knisja ta’ S. Marija tal-Anġli u tkumpli f’lukanda.
Avviżi – 22/04/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 22 ta’ April 2018
- GĦADA fl-4.30 p.m. ikompli t-Tberik tal-familji.
IT-TNEJN: Triq L-Arċisqof Romero, Triq il-Klarissi
u parti minn Triq Birkirkara,
IT-TLIETA: Triq Sir Joseph Carbone u parti minn Triq B’Kara.
IL-ĦAMIS: Ir-Rampa ta’ S. Ġiljan.
IL-ĠIMGĦA: Triq il-Ballut, Triq is-Sorijiet u Triq Bonavita.
- L-ERBGĦA hija l-Ħames Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Waqt il-Quddiesa tad-9.30 a.m., issir omelija fuq il-Madonna u wara tingħad il-Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu.
- IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru ssir it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.
- Is-Sibt u l-Ħadd li ġej, se jsir open weekend għall-pubbliku d-Dar tat-Talb ‘Lunzjata’, limiti tar-Rabat, li matulu l-pubbliku jista’ jżur id-dar, jara x-xogħol ta’ tiġdid li sar fiha u s-servizzi li toffri, kif ukoll jieħu sehem f’diversi attivitajiet spiritwali li jinkludu mumenti ta’ talb, taħdita, dawra mal-post u anke ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Aktar dettalji dwar il-programm jinsabu fuq il-fuljetti li jinsabu fid-daħla tal-knisja.
- Fl-okkażjoni tal-160 sena mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Lourdes, il-parroċċa ser torganizza Pellegrinaġġ għal Lourdes. Informazzjoni mis-sagristija jew mill-uffiċċju parrokkjali. Il-booking huwa miftuħ u l-postijiet huma limitati.
- Arċisqof Charles J. Scicluna u Mons. Isqof Mario Grech qed jistiednu lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex jissieħbu magħhom f’Mixja li qed tkun organizzata minn LifeNetwork bit-tema ta’: Embrijun wieħed minna. L-iskop tal-Mixja għandha skop wieħed: li l-ħajja tiġi mħarsa sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Il-Mixja ser issir illum fl-4.00 pm u tibda minn quddiem Kastilja, l-Belt u tintemm fil-5.30 p.m.
L-Isqfijiet iħeġġuna nitolbu għall-ħarsien u l-protezzjoni tal-ħajja, u biex dawk li għandhom ir-responsabbiltà għal-liġijiet “verament iħarsu l-ħajja u d-dinjità umana u ma jagħmlu xejn li jkasbar id-drittijiet tal-ulied”.
Avviżi – 15/04/18
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 15 ta’ April 2018
- GĦADA jkompli t-Tberik tal-familji wara l-Għid.
It-tberik jibda fil-5.00 p.m.
IT-TNEJN: TRIQ Is-Sur Fons kollha.
IT-TLIETA: TOROQ S. Anġlu, Ġafar u Ħnejja.
IL-ĦAMIS:
TOROQ Imrabat, it-Telgħa tas-Savoy u Sqaq Imrabat.
IL-ĠIMGĦA:
TOROQ S. Enriku, S. Elena, P. Marjan u Camenzuli.
- IT-TNEJN, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, jiltaqa’ l-Grupp ta’ Talb u Interċessjoni. Dan il-grupp huwa miftuħ għal kull min jixtieq jissieħeb f’mument ta’ talb flimkien.
- L-ERBGĦA hija t-Tielet Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Waqt il-Quddiesa tad-9.30 a.m., issir omelija fuq il-Madonna u wara tingħad il-Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu.
- IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru ssir it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.
- IL-ĠIMGĦA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ser issir laqgħa għall-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. It-tfal ikollhom laqgħa għalihom fl-istess ħin fiċ-Ċentru.
- Fl-okkażjoni tal-160 sena mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Lourdes, il-parroċċa ser torganizza Pellegrinaġġ għal Lourdes. Informazzjoni mis-sagristija jew mill-uffiċċju parrokkjali. Il-booking huwa miftuħ u l-postijiet huma limitati.
Avviżi – 08/04/18
Avviżi tal-Parrocca – 8 ta’ April 2018
1. GĦADA jkompli t-Tberik tal-familji wara l-Għid.
It-tberik jibda fil-5.00 p.m.
IT-TNEJN: TRIQ IL-KULLEĠĠ L-ANTIK
(il-parti ta’ fuq biss, minn Trejqet S. Injazju sa Triq Imrabat) u Telgħet il-Kulleġġ L-antik.
IT-TLIETA: TRIQ IL-KULLEĠĠ L-ANTIK
(Balluta Mansions biss).
IL-ĦAMIS: TRIQ IL-KARMELLITANI, TRIQ SCICLUNA,
TREJQET S. INJAZJU.
2. L-ERBGĦA, waqt il-Quddiesa tad-9.30 a.m., jkomplu l-Erbgħat tal-Madonna tal-Karmnu, b’Quddiesa bl-omelija fuq il-Madonna u wara tingħad il-Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu.
3. Nifirħu lil Fr. Kurt Mizzi, Karmelitan, li l-bieraħ ġie ordnat saċerdot. Nawgurawlu u nitolbu għalih.
4. IL-ĦADD li ġej, huwa ‘Jum il-Karità’. Is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd ser issir ġabra biex ngħinu dawn l-opri ta’ karità li l-Knisja tmexxi f’Malta. F’dawn id-djar, il-Knisja tgħin persuni li jsibu lilhom nfushom bla saqaf fuq rashom, tfal u żgħażagħ li fit-trobbija tagħhom sabu ruħhom f’diffikultajiet serji, persuni li waqgħu fil-vizzju tad-droga, nisa li ġew ittrattati ħażin, anzjani, persuni b’diżabilità, immigranti u refuġjati. Bħala nformazzjoni, il-komunità tagħna Karmelitana, bħalissa qed tagħti kenn lil żewġ familji b’tifla u b’tarbija u lil erbat irġiel oħra ġejjin minn pajjiż differenti. Matul din il-ġimgħa ħdejn l-artal hawn qfief għal min jixtieq jagħti kontribuzzjoni ta’ affarijiet ta’ ikel preservat għal dawk li jgħixu f’dawn id-djar.
5. Għandna l-pjaċir inħabbru li l-Kongregazzjoni tal-Qaddisin approvat dak kollu li sar, jiġifieri, l-Atti tal-Inkjesta Djoċesana, li saret hawn Malta dwar il-fama tal-qdusija u l-fama tal-grazzji maqlugħa bl-interċessjoni tal-Qaddej ta’ Alla P. Avertan Fenech..
Fil-fehma tal-konsulturi tal-Kongregazzjoni, hemm informazzjoni u evidenza biżejjed li l-Qaddej ta’ Alla għex ħajja ta’ virtù, igawdi fama ma taqta’ xejn ta’ qdusija u wkoll fama tal-grazzji mingħand Alla maqlugħa bl-interċessjoni tiegħu.
Minn din id-dokumentazzjoni trid tiġi ppruvata l-ħajja tal-qdusija tal-Qaddej ta’ Alla. Inħeġġukom inkomplu nitolbu għas-suċċess tal-Kawża u biex il-Mulej jagħtina l-grazzja tal-miraklu maqlugħ bl-interċessjoni tal-Qaddej ta’ Alla, P. Avertan Fenech.
April
Fuljett April 2018
Fuljett Marzu 2018