Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: March 2018

Avviżi – 01/04/18

BallutaavvizimtMarch 30, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  01 ta’ April 2018

 

 

  1. GĦADA jibda t-Tberik tal-familji wara l-Għid.

It-tberik jibda fil-5.00 p.m.

 

IT-TNEJN:             TRIQ IL-KBIRA

IT-TLIETA:            TRIQ IT-TORRI

IL-ĦAMIS:             TRIQ MANWEL DIMECH

IL-ĠIMGĦA:         TRIQ IL-KULLEĠĠ L-ANTIK

(il-parti t’isfel biss:  minn Triq ti-Torri

sa Triq S. Injazju).

 

  1. L-ERBGĦA jibdew l-Erbgħat tal-Madonna tal-Karmnu.   Dawn ser isiru waqt il-Quddiesa tad-9.30 a.m. Ikun hawn Quddiesa bl-omelija fuq il-Madonna.  Wara l-Quddiesa tingħad il-Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu.

 

  1. L-ERBGĦA wkoll se ssir il-Konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt. Din hija okkażjoni sabiħa u unika għalina bħala Karmelitani Maltin u li nistiednu lilkom tingħaqdu magħna biex nieħdu sehem fiha.  Iċ-ċerimonja, li ser titmexxa minn Mons. Arċisqof, tibda fis-6.30 p.m.  Minn ħdejn il-knisja jkun hawn trasport fis-5.45 p.m.  Min jixtieq jiġi magħna jikteb ismu fis-sagristija sat-Tlieta filgħodu.

 

  1. IL-ĦADD hija l-festa tal-Ħniena Divina. Fit-3.30 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa tal-Ħniena Divina.

 

 

  1. Ħarġet ir-rivista FLIMKIEN li fiha l-fuljett, TAL-KARMNU BALLUTA. Il-helpers mitluba jiġbru l-kopji tagħhom mis-sagristija.

 

  1. ​F’ismi u f’isem il-Komunità Karmelitana, nixtiequ nawguraw l-Għid it-Tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom. L-GĦID IT-TAJJEB LIL KULĦADD.

Programme Gimgha Mqaddsa

BallutaavvizimtMarch 24, 20180

Avviżi – 25/03/18

BallutaavvizimtMarch 24, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  25 ta’ Marzu 2018

 

 

  1. IT-TNEJN Fil-5.00pm Quddiesa għat-Tfal u l-Familji li fiha jsir il-ħasil tar-riġlejn.  Fis-6.30pm Via Sagra fit-Toroq.  Tibda minn Triq P. Marjan u tkompli f’dawn it-toroq:  Camenzuli, S. Anġlu, S. Enriku, S. Elena, Manwel Dimech, Ġafar, Camenzuli, Kulleġġ L-Antik, P. Marjan  sal-Kappella.

 

  1. IT-TLIETA Fis-7.00pm Adorazzjoni tas-Salib fil-Pjazza tal-Balluta.

 

  1. L-ERBGĦA Fis-6.00pm Via Sagra.  Fis-6.30pm Quddiesa Konċelebrata bi ħsieb fuq il-passjoni.  Fis-7.30pm Mons. Arċisqof qed jistieden lill-Insara biex jattendu ghall-Via Sagra Djocesana, li tibda minn hdejn l-istatwa ta’ Kristu Re sal-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta.  Trasport minn ħdejn il-knisja fis-6.45 p.m.  Min jixtieq jattendi jista’ jikteb  ismu fis-sagristija.

 

  1. Ħdejn l-artal ħallejna kaxxa fejn wieħed jista’ jitfa’ l-offerta tiegħu għall-familja fil-bżonn bħala parti mill-ġabra tas-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.

 

  1. IL-ĦAMIS, IL-ĠIMGĦA U S-SIBT filgħodu ma jkunx hawn Quddies.

 

  1. IL-ĦAMIS IX-XIRKA Fis-7.00am jingħadu s-Salmi flimkien mal-poplu.

Fis-6.30pm isir il-Quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka u kif tintemm isiru l-Visti lil Ġesù Ewkaristija fil-knisja.  Fl-10.00pm Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.

 

  1. IL-ĠIMGĦA L-KBIRA.  Il-knisja tiftaħ fis-6.00 a.m.  Fit-8.00am jingħadu s-Salmi flimkien mal-poplu.  Fid-9.00am Visti lil Ġesù Ewkaristija mmexxija mit-Terzjarji Karmelitani.  Fit-3.00pm Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej.  Dak inhar huwa obbligu ta’ sawm u astinenza.

 

  1. IS-SIBT IMQADDES TAL-GĦID, Bejn il-5.00 u s-6.00 p.m. ikun hawn servizz ta’ Qrar.  Fit-8.00 pm Vġili Solenni tal-Għid li fiha ssir il-Magħmudija tat-Trabi.

 

  1. IL-ĦADD, nhar L-GĦID IL-KBIR, il-ħin tal-quddies ikunu bħal nhar ta’ Ħadd.

Fid-9.00am Quddiesa ta’ Jum l-Għid il-Kbir bis-sehem tat-tfal u l-familji li tintemm b’ċelebrazzjoni ferrieħa fuq iz-zuntier, bit-tberik u t-tqassim  tal-figolli lit-tfal.

 

  1. Kopji tal-PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA jinstabu ħdejn il-bibien tal-knisja, jew iżur il-facebook page jew il-website tal-parroċċa.

Ħin tas-Sajf

BallutaavvizimtMarch 22, 20180

Via Sagra

BallutaUncategorized @mtMarch 18, 20180

Avviżi – 18/03/18

BallutaUncategorized @mtMarch 18, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA –  IL-ĦADD 18 ta’ Marzu 2018

 

  1. IL-LEJLA, fis-7.30 p.m., fil-knisja, is-Soċjetà Mużikali, Tal-Karmnu, Balluta ser jippreżentaw programm ta’ musico-letterarja bl-isem ta’ Virgo Lacrimosa.

 

  1. IT-TNEJN, hija l-Festa ta’ San Ġużepp. Il-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa.  Tajjeb li nqaddsu din il-ġurnata b’Quddiesa.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, JUM ID-DULURI MQADDSA, il-Quddies filgħodu jkun bħal fost il-ġimgħa. Filgħaxija, fil-5.15 p.m. ikun hawn il-Via Sagra, waqt li fis-6.00 p.m. toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa devota.  Tgħaddi minn dawn it-Toroq:  Il Il-KBIRA, IT-TORRI, IL-KULLEĠĠ L-ANTIK, S. ENRIKU, S. ELENA, MANWEL DIMECH, PJAZZA TAL-BALLUTA, TRIQ IL-KBIRA LURA GĦALL-KNISJA.  Wara l-purċissjoni għas-7.30 pm, jkun hawn il-Quddiesa.

 

  1. IS-SIBT, fis-6.00 p.m. ikun hawn it-Talba ta’ Filgħaxija, fis-6.25 p.m. isir it-Tberik taż-Żebbuġ fil-portiku tal-knisja u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa.

Fis-7.30 p.m., il-Marie Therese Voice Choir ser jagħmlu KUNĊERT TAL-ĠIMGĦA MQADDSA bit-tema, IKUN LI TRID INT.  Kulħadd huwa mistieden.

 

  1. IL-ĦADD huwa ĦADD IL-PALM. Fl-9.40 a.m., fil-Pjazza tal-Balluta ninġabru għat-Tberik taż-Żebbuġ u wara ssir purċissjoni ferrieħa sal-knisja bis-sehem tat-tfal u l-familji.  Fl-10.00 a.m. Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm bis-sehem tat-tfal u l-familji.

 

  1. Min jixtieq Kopja tal-PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA jista’ jieħu minn ħdejn il-bibien tal-knisja, jidħol fil-facebook page tal-parroċċa.

 

  1. F’riġlejn l-artal ħallejna żewġt iqfief biex min jixtieq iġib oġġetti tal-ikel preservat għall-familji fil-bżonn.

Hemm ukoll kaxxa fejn wieħed jista’ jitfa’ l-offerta tiegħu għall-familja fil-bżonn bħala parti mill-ġabra tas-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.

 

  1. L-ERBGĦA, ser tiġi organizzata Via Sacra Djocesana, li tibda minn hdejn l-istatwa ta’ Kristu Re sal-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta. L-Arcisqof jistieden lill-Insara biex jattendu ghal dan il-mument ta’ talb. Trasport minn ħdejn il-knisja fis-6.45 p.m.  Min jixtieq jattendi jista’ jikteb  ismu fis-sagristija.

 

  1. Il-parroċċa se torganizza Pellegrinaġġ għal Lourdes f’Awwissu. Informazzjoni u booking mill-uffiċċju parrokkjali.

Festa tad-Duluri

BallutaavvizimtMarch 18, 20180

Avviżi -11/03/18

BallutaavvizimtMarch 11, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA –  IL-ĦADD 11 ta’ Marzu 2018

 

  1. IT-TNEJN, fil-5.30 p.m. ser ikun hawn Grupp ta’ Talb li ser imexxi Adorazzjoni u talb għall-konverżjoni tal-midinbin. Dak il-ħin ser ikun hawn saċerdoti disposti għal min jixtieq iqerr.  Fis-6.30 p.m. ikun hawn Quddiesa bi priedka li tħeġġeġ għall-konverżjoni.

 

IT-TNEJN ukoll, fiċ-Ċentru, fis-7.15 p.m., ser jibdew l-EŻERĊIZZI GĦALL-MIŻŻEWĠIN.  Dawn ser isiru minn Mons. Charles Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.  Fl-istess ħin, fiċ-Ċentru ser isiru wkoll EŻERĊIZZI ADDATTATI GĦAT-TFAL.  L-eżerċizzi jibqgħu sejrin sal-Ġimgħa.

 

  1. IS-SIBT, IL-ĦADD U T-TNEJN, ser isir BAZAAR b’risq il-festa. Il-Bazaar jiftaħ is-Sibt  fil-5.00 p.m.  Dettalji man-notice-boards tal-knisja.

 

  1. IL-ĦADD, fis-7.30 p.m., fil-knisja, is-Soċjetà Mużikali, Tal-Karmnu, Balluta ser jippreżentaw programm ta’ musico-letterarja bl-isem ta’ Virgo Lacrimosa.

 

  1. F’riġlejn l-artal ħallejna żewġt iqfief biex min jixtieq iġib oġġetti tal-ikel preservat għall-familji fil-bżonn.

Hemm ukoll kaxxa fejn wieħed jista’ jitfa’ l-offerta tiegħu għall-familja fil-bżonn bħala parti mill-ġabra tas-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.

 

  1. Infakkru li f’Awwissu, l-parroċċa se torganizza Pellegrinaġġ għal Lourdes. Informazzjoni mis-sagristija jew mill-uffiċċju parrokkjali.

 

Marzu

BallutaavvizimtMarch 5, 20180

Avviżi – 04/03/18

BallutaavvizimtMarch 5, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA –  IL-ĦADD 04 ta’ Marzu 2018

 

  1. IT-TNEJN fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.

Filgħaxija, waqt il-Quddiesa tas-6.30 p.m. ser isiru l-Eżerċizzi għal Kulħadd. 

IT-TNEJN ukoll, fiċ-Ċentru, fis-7.15 p.m., ser jiltaqa’ għall-ewwel darba Grupp ta’ Talb bl-iskop li jinterċedi u jitlob għall-ħtiġijiet tal-parroċċa u ta’ nies partikulari li jitolbuna nitolbu għalihom.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, fit-3.30pm, fiċ-Ċentru, ser issir taħdita oħra dwar ikel tajjeb għas-saħħa. Il-grupp 60+ ser jiltaqa’ f’dak il-ħin.

IL-ĠIMGĦA wkoll, il-Papa nieda l-inizjattiva 24 siegħa għall-Mulej u jistedinna nieħdu sehem f’diversi inizjattivi li qed jiġu organizzati dak inhar.  Għal dan il-għan, hawnhekk, fis-5.45 p.m. issir Via Sagra Komunitarja, u bejn il-5.30 u s-6.30 p.m. ser ikun hawn żewġ konfessuri li mhumiex tal-parroċċa tagħna biex nersqu għas-sagrament tal-Qrar u nerġgħu nagħmlu ħbieb ma’ Alla.

Dak inhar fil-Quddiesa tas-6.30 p.m. tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Ġesù Nazzarenu.

 

  1. IS-SIBT, fit-3.30 p.m. fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Karmelitani ser issir laqgħa tal-CARMEL TEENS għal studenti li qegħdin fil-forms 1, 2 u 3 tal-iskola sekondarja. Dettalji mingħand il-Kappillan.

IS-SIBT u L-ĦADD, fl-istess Ċentru taż-Żgħażagħ Karmelitani, ser jiġi organizzat Live-In għal studenti li qegħdin fir-Raba’ Sena tal-iskola sekondarja.  Informazzjoni mingħand il-Kappillan.

 

  1. IS-SIBT U L-ĦADD LI ĠEJ, fil-parroċċa tagħna ser issir il-ġabra tas-Seminarju.

 

  1. F’riġlejn l-artal ħallejna żewġt iqfief biex min jixtieq iġib oġġetti tal-ikel preservat għall-familji fil-bżonn.

 

  1. Infakkru li f’Awwissu, l-parroċċa se torganizza Pellegrinaġġ għal Lourdes. Informazzjoni mis-sagristija jew mill-uffiċċju parrokkjali.

 

1 2 Next →

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti