Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: February 2018

Avviżi -24/02/18

BallutaavvizimtFebruary 24, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA –  IL-ĦADD 25 ta’ Frar 2018

 

  1. IT-TNEJN jibdew l-Eerċizzi għal Kulħadd. Dawn ser isiru waqt il-Quddiesa tad-9.30 a.m.

 

  1. IT-TLIETA jkomplu ż-żjajjar u t-tberik tal-familji fid-djar tagħhom lill-uħud mill-familji li joqogħdu fi Triq Dun Anton Debono.

 

  1. IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, ser issir l-ASSEMBLEA PARROKKJALI. L-operaturi pastorali kollha huma mitluba jattendu.  L-Assemblea hija miftuħa wkoll għal dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem fit-tiġdid tal-ħidma pastorali li ssir fil-parroċċa tagħna.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, fit-3.30pm, fiċ-Ċentru, ser issir taħdita dwar ikel tajjeb għas-saħħa. Huma mistiedna persuni minn 60 sena ‘l fuq.  Il-grupp 60+ ser jiltaqa’ f’dak il-ħin minflok filgħodu.

Dak inhar fis-5.45 p.m., fil-knisja, jkun hawn Via Sagra komunitarja.

Fl-istess jum, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ser issir laqgħa għall-Ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.  Il-ġenituri huma fid-dmir li jattendu.  It-tfal ikollhom laqgħa apposta għalihom fl-istess ħin fiċ-Ċentru.

 

  1. IL-ĦADD, il-Quddiesa tal-10.00 a.m. tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji.

Dak inhar fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.

 

  1. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li laqgħuna u taw l-offerta tagħhom fl-ewwel ġabra għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu.  Min ma kienx id-dar u jixtieq jagħti l-offerta tiegħu huwa mitlub iġibha l-knisja u jagħtiha lil xi ħadd mill-patrijiet.

 

  1. F’Awwissu, l-parroċċa se torganizza Pellegrinaġġ għal Lourdes. Informazzjoni mis-sagristija jew mill-uffiċċju parrokkjali.

Assemblea Parrokkjali

BallutaavvizimtFebruary 23, 20180

Eżerċizzi għall-Miżżewġin

BallutaavvizimtFebruary 21, 20180

Avviżi – 18/02/18

BallutaavvizimtFebruary 18, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVVIŻI TAL-PARROĊĊA –

IL-ĦADD 18 ta’ Frar 2018

1. IT-TLIETA jkomplu ż-żjajjar u t-tberik tal-familji fid-djar tagħhom lill-uħud mill-familji li joqogħdu fi Triq Dun Anton Debono.
Fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ssir il-laqgħa tal-Grufan.

2. IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, issir it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.

3. Il-Papa Franġisku talab biex nhar IL-ĠIMGĦA nagħmlu Jum ta’ Talb u Sawm għall-paċi. Inħeġġu lil kulħadd biex ningħaqdu mal-Papa f’dan is-sawm u t-talb. Minħabba da nil-Jum, il-laqgħa tal-Grupp 60+ ser issir fl-10.00, fiċ-Ċentru bħas-soltu minflok fit-3.30 p.m.

4. ILĠIMGĦA wkoll, fis-5.45 p.m., fil-knisja, jkun hawn Via Sagra komunitarja.

5. Fl-istess jum, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ser issir laqgħa għall-Ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-ġenituri huma fid-dmir li jattendu. It-tfal ikollhom laqgħa apposta għalihom fl-istess ħin fiċ-Ċentru.

6. IL-KUMMISSJONI FAMILJA, il-Ħadd li ġej, ser torganizza Irtir għall-Koppji fis-St. Joseph Home, ir-Rabat bejn id-9.00 am u s-2.00 pm. Inħeġġu lil min jixtieq jattendi biex jikteb ismu fis-sagristija.

7. F’Marzu, l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan flimkien mal-Parroċċa tal-Balluta ser jorganizza Kors ieħor għall-Adulti dwar l-użu tal-Kompjuter. Il-Kors, ser ikun kull nhar ta’ Tlieta filgħodu fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Parroċċa tagħna. Applikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.

8. Matul din il-ġimgħa jintemm il-ġbir tal-envelopes għall-ewwel ġabra għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Inħeġġu lil kulħadd jgħin kemm jista’ ħalli jkunu jistgħu jitħallsu l-ispejjeż tal-festa.

9. ILLUM, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru, ser isir Film Forum fuq il-film WAR ROOM, film addattat ħafna fil-ħajja tal-familja u eżempju tal-mod kif il-familja tikber fil-ħajja nsiranija tagħha. Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd

Frar

BallutaavvizimtFebruary 14, 20180

Fuljett Frar 2018

BallutanewslettermaltiFebruary 14, 20180

Avviżi – 11/02/18

BallutaavvizimtFebruary 14, 20180
  1. L-ERBGĦA huwa Ras ir-Randan. Dakinhar hemm l-obbligu għas-sawm u l-astinenza.  Tkun ħaġa sabiħa li f’Ras ir-Randan nieħdu sehem fil-quddiesa.  Il-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa. F’kull Quddiesa jitpoġġa l-Irmied fuq rasna biex ifakkarna fil-bidu ta’ dan iż-żmien ta’ grazzja u ta’ penitenza.

          Fis-6.30 p.m.  ikun hawn konċelebrazzjoni bl-Omelija biex nagħtu bidu flimkien dan iż-żmien imqaddes.

  1. IT-TLIETA U L-ĦAMIS ikomplu ż-żjajjar u t-tberik tal-familji fid-djar tagħhom lill-uħud mill-familji li joqogħdu fi Triq il-Qalb Imqaddsa.

 

  1. IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, issir it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, u kull nhar ta’ Ġimgħa matul ir-Randan, fis-6.00 p.m. jkun hawn Via Sagra komunitarja.
  2. IL-ĠIMGĦA wkoll, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ser ikun hem laqgħa għall-Ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof. Il-ġenituri huma fid-dmir li jattendu.  L-adolexxenti jkollhom laqgħa apposta għalihom fl-istess ħin fiċ-Ċentru.

 

  1. IS-SIBT, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru tal-Carmel Youths, issir laqgħa għal studenti ta’ bejn il-11 u t-13-il sena. Fl-istess Ċentru, bejn is-Sibt u l-Ħadd, ser isir Live-In għal studenti li qegħdin Form Four.  Informazzjoni mingħand il-Kappillan.

 

  1. IL-KUMMISSJONI FAMILJA flimkien mal-GRUFAN, IL-ĦADD LI ĠEJ, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru, ser jorganizzaw Film Forum fuq il-film WAR ROOM, film addattat ħafna fil-ħajja tal-familja u eżempju tal-mod kif il-familja tikber fil-ħajja nsiranija tagħha. Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd.  Inħeġġu wkoll lill-familji biex jieħdu l-opportunità ta’ din l-inizjattiva u jatendu għaliha.  Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

 

  1. IL-KUMMISSJONI FAMILJA wkoll, fil-25 ta’ Frar, ser torganizza Irtir għall-Koppji fis-St. Joseph Home, ir-Rabat. Inħeġġu lil min jixtieq jattendi biex jikteb ismu fis-sagristija.

 

  1. F’Marzu, l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan flimkien mal-Parroċċa tal-Balluta ser jorganizza Kors għall-Adulti dwar l-użu tal-Kompjuter. Il-Kors, ser ikun kull nhar ta’ Tlieta filgħodu. Applikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.

 

  1. Matul din il-ġimgħa jkompli l-ġbir tal-envelopes għall-ewwel ġabra għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Il-ġabra sservi biex jitħallas id-dawl u l-istallazzjoni tiegħu fi żmien il-festa kif ukoll l-ispejjeż tal-baned flimkien ma’ xi spejjeż oħra meħtieġa.  Inħeġġu lil kulħadd jgħin kemm jista’ ħalli jkunu jistgħu jitħallsu l-ispejjeż tal-festa.  Fl-envelope ngħatat informazzjoni dwar l-ispejjes tas-sena li għaddiet u l-mod kif inġabru.

Avviżi – 04/02/18

BallutaavvizimtFebruary 3, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 04 ta’ Frar 2018

 

  1. Matul din il-ġimgħa jkompli l-ġbir tal-envelopes għall-ewwel ġabra għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Il-ġabra sservi biex jitħallas id-dawl u l-istallazzjoni tiegħu fi żmien il-festa kif ukoll l-ispejjeż tal-baned flimkien ma’ xi spejjeż oħra meħtieġa.  Inħeġġu lil kulħadd jgħin kemm jista’ ħalli jkunu jistgħu jitħallsu l-ispejjeż tal-festa.  Fl-envelope ngħatat informazzjoni dwar l-ispejjes tas-sena li għaddiet u l-mod kif inġabru.

 

  1. IL-ĦAMIS ikomplu ż-żjajjar u t-tberik tal-familji fid-djar tagħhom. IL-ĦAMIS, bejn il-5.00 u s-7.00 p.m. ser issir żjara u tberik lill-uħud mill-familji li joqogħdu fi Triq Il-Qalb Imqaddsa .  Il-familji ser ikunu avżati personalment.

         IL-ĦAMIS ukoll, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, issir laqgħa ta’ tħejjija biex wieħed jidħol aktar fil-fond fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.   

 

  1. IL-ĠIMGĦA, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija, fil-Kappella tal-Adorazzjoni, ser isir talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani.

 

  1. IS-SIBT, hija l-Festa tal-Appostlu Missierna San Pawl, festa kmandata u huwa dmir tal-Quddies. Il-ħin tal-Quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. 

 

  1. IS-SIBT filgħaxija u l-ĦADD li ġej ser niċċelebraw Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani. Flimkien mat-talb, ser nagħmlu ġabra speċjali biex tgħin fil-ħidma għall-Vokazzjonijiet Karmelitani.  Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. IL-LEJLA, FL-4.00 pm, fi Ġnien l-Indipendenza, ser jingħad ir-Rużarju quddiem l-istatwa tal-Madonna.

 

  1. F’Marzu , il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan flimkien mal-Parroċċa tal-Balluta ser jorganizza Kors għall-Adulti dwar l-użu tal-Kompjuter. Il-Kors, ser jkun kull nhar ta’ Tlieta, jibda f’Marzu.  Applikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.

 

8.  Il-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tal-Balluta ser jingħata s-sibt 19 ta’ Mejju, fl-4.30 p.m., waqt li l-Ewwel Tqarbina ser tkun fit-3 ta’ Ġunju fid-9.00 a.m.

 

      9.  Il-Vigarju Ġenerali bagħat javżana li qed ikun hemm diversi rapporti dwar ‘quddies’ f’lukandi partikulari. Ghall-informazzjoni tal-pubbliku, nixtiequ navzaw li Mario Clayton Camilleri     

            m’huwiex sacerdot tal-Knisja Kattolika u ma jiccelebrax quddiesa tal-Knisja Kattolika.   Tajjeb ngħidu li fost il-lukandi msemmija, hemm waħda viċin tagħna fi Triq it-Torri. 

 

 

War Room

BallutaavvizimtFebruary 3, 20180

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti