Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: January 2018

Avviżi – 28/01/18

BallutaavvizimtJanuary 27, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 28 ta’ Jannar 2018

 

 

  1. GĦADA, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, ser issir l-aħħar laqgħa ta’ dawk kollha li attendew il-Life In the Spirit Seminars.

 

  1. IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ssir il-laqgħa tal-Grufan.

 

  1. Din il-ġimgħa ser jibdew iż-żjajjar u t-tberik tal-familji fid-djar tagħhom. IL-ĦAMIS, bejn il-5.00 u s-7.00 p.m. ser issir żjara u tberik lill-uħud mill-familji li joqogħdu fi Triq il-Qalb Imqaddsa.  Il-familji ser ikunu avżati personalment.

IL-ĦAMIS ukoll, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, issir laqgħa ta’ tħejjija biex wieħed jidħol aktar fil-fond fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.   

 

 

  1. IL-ĠIMGĦA hija l-Festa tal-Kandlora u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5.45 p.m. ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6.30 p.m. isir it-tberik tax-xemgħa, purċissjoni fil-knisja u Quddiesa tal-Kandlora.

 

  1. IS-SIBT, bejn id-9.30 a.m. u nofsinhar, ser isir Seminar għal-Letturi u l-Animaturi tal-Parroċċi tal-Balluta u ta’ Tas-Sliema. Il-Letturi u l-Animaturi huma fid-dmir li jieħdu sehem fis-Seminar.  Il-Letturi huma mitluba jiġbru kopja tar-Roster tagħhom mis-sagristija.

 

  1. Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja ta’ “applikanti oħra” minn skejjel tal-gvern u indipendenti.

Informazzjoni dettaljata tinkiseb mir-“regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja” li jinsabu fuq il-website tal-kurja www.thechurchinmalta.org   Dan l-avviz qed jidher fuq in-notice board tal-knisja.

 

 

 

Lectio Divina

BallutaavvizimtJanuary 21, 20180

LECTIO DIVINA – Kull nhar ta’ Ħamis fis-7.00pm fiċ-Ċentru, issir laqgħa ta’ tħejjija u talb fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej. Din hija okkażjoni tajba biex intejbu l-partiċipazzjoni tagħna fil-Quddiesa tal-Ħadd u nkomplu nikbru fil-ħajja nisranija.

L-eżerċizzju tal-lectio divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu lectio divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla. Imma dan l-eżerċizzju mhux sempliċi qari tal-Bibbja. Ifisser li wara qari attent tal-Kelma ta’ Alla, wieħed jimmeditaha, jitlob permezz tagħha u jikkontemplaha, b’tali mod li jħalliha taħdem fih, fi ħsibijietu, xewqatu, għemilu, u jħalliha tagħġnu kif trid hi, hekk li jsir ħaġa waħda mar-rieda ta’ Alla.

L-erba’ skaluni tal-Lectio Divina

a) Lectio (Qari) Huwa l-qari bil-mod, bl-attenzjoni u b’vuċi li tinstema’ ta’ silta mill-Kotba Mqaddsa, filwaqt li tħalliha tidħol f’moħħok u f’qalbek. Hawn tajjeb tiftakar li hu Alla li qed ikellmek permezz ta’ din is-silta. Hu qiegħed ikellmek fis-sitwazzjoni konkreta li tinsab fiha. Għaldaqstant aktar milli taqra trid tisma’ x’għandu xi jgħidlek Alla.

b) Meditatio (Meditazzjoni) L-iskop tal-meditazzjoni hu li wieħed jikxef u jsib il-verità moħbija tat-test bibliku. Għalhekk wara li tkun qrajt trid tibda tħaffer u tinżel fil-fond tas-silta sa ma ssib it-teżor moħbi. Dan tasal għalih billi:

– tipprova tifhem sew it-test fih innifsu: billi tfittex il-messaġġ ta’ Alla fit-test; billi teżamina l-azzjonijiet, is-sentimenti, l-ambjent, eċċ.; billi tieqaf fuq kull sentenza, fuq kull kelma (jekk ikun il-każ) u tifliha bir-reqqa bil-ħsieb li taqbad it-tifsira sħiħa tas-silta;

– iġġib f’moħħok (u jekk ikun meħtieg taqra) siltiet oħra mill-Kotba Mqaddsa li għandhom x’jaqsmu mat-test li tkun qrajt, biex tifhmu aħjar fid-dawl ta’ siltiet oħra. Jekk is-silta li għażilt tkun mit-Testment il-Qadim fittex fiha l-Wiċċ ta’ Kristu moħbi fis-silta;

– tfittex x’messaġġ għandu Alla għalik permezz tas-silta li qrajt. X’qegħda tgħidlek fuq ħajtek jew fuq l-ambjent li tgħix fih? Forsi qed titolbok tibdel xi ħaġa fil-ħajja tiegħek jew tqanqlek biex tagħmel xi ħaġa?

Huwa importanti li fl-eżerċizzju tal-lectio divina wieħed isegwi dawn it-tliet punti li semmejna wara xulxin u li jagħtihom ħin biżżejjed.

c) Oratio (Talb) S’issa kien Alla li kellmek permezz tal-qari u tal-meditazzjoni. Issa huwa l-waqt li titkellem int, li twieġeb għall-Kelma tiegħu. Il-Kelma ta’ Alla tista’ tnissel fik diversi sentimenti: tifħir, radd il-ħajr, tnehid, xewqat, sogħba ta’ dnubietek, eċċ… F’dan il-mument tkellem ma’ Alla fuq dak li jkun qallek, fuq il-Kelma tiegħu. Jekk jista’ jkun uża’ xi salm li jesprimi dak li tkun qiegħed tħoss f’dan il-mument. Hekk tkun qed titkellem ma’ Alla bi kliemu stess!

d) Contemplatio (Kontemplazzjoni) F’dan il-waqt erġa’ aqra s-silta u iggustaha bil-mod il-mod fid-dawl ġdid li ksibt fuqha waqt il-Lectio Divina.Il-kontemplazzjoni hija grazzja ta’ Alla. Għaldaqstant, meta jrid u kif irid, Alla jaf idewwqek il-ħlewwa tal-preżenza tiegħu fil-Kelma tiegħu. U int, bil-għajnuna tal-grazzja tiegħu, aktar ma taqra u titlob il-Kelma ta’ Alla, aktar issir ħaġa waħda miegħu, aktar tibda tara l-affarijiet u l-ġrajjiet ta’ madwarek bl-għajnejn ta’ Alla. Bħala frott tal-lectio divina, ma tkunx aktar int li tgħix imma Kristu li jgħix fik (Gal 2,20).

“Il-Kelma hi qribek sewwa, f’fommok u f’qalbek, sabiex tagħmilha” (Dt 30,14). L-iskop tal-Lectio Divina hu li wieħed jisma’ l-Kelma ta’ Alla u jpoġġiha fil-prattika. Għalhekk tista’ tagħlaq din il-laqgħa tiegħek mal-Mulej billi żżomm f’moħħok kelma jew sentenza mill-Kelma tiegħu biex tmexxik matul il-jum. Hekk il-Lectio Divina tkunlek ta’ għajnuna biex tirritorna lejn il-ħajja tiegħek ta’ kuljum u tkompli taqdi dmirek b’qawwa ġdida.

 

Avviżi – 21/01/18

BallutaavvizimtJanuary 21, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 21 ta’ Jannar 2018

 

 

  1. GĦADA, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, ser issir laqgħa ta’ talb miftuħa għal kulħadd u għal kull min jixtieq jidħol aktar fil-fond tal-messaġġ nisrani biex iħalli l-Mulej ikun is-sens veru ta’ ħajtu.

 

  1. IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, issir laqgħa ta’ tħejjija biex wieħed jidħol aktar fil-fond fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.

 

  1. IL-ĠIMGĦA ser issir attivita’ ta’ fundraising b’risq il-knisja. Biljetti mingħand Doris Mallia jew mill-ufficcju parrokkjali.

          IL-ĠIMGĦA wkoll, fit-8.00 p.m., ser issir laqgħa tal-Carmel Youths fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, il-Fgura.  Il-laqgħa hija miftuħa għal żgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq.

 

  1. Minn dan ix-xahar, il-ħin tal-uffiċċju parrokkjali ta’ kull nhar ta’ Tnejn inbidel. L-uffiċċju dak inhar ser jibda jkun miftuħ bejn il-5.30 u s-6.30 p.m.  Nirringrazzjawkom ħafna tal-koperazzjoni.

 

Coffee Morning

BallutaavvizimtJanuary 17, 20180

Avvizi – 14/01/18

BallutaavvizimtJanuary 14, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 14 ta’ Jannar 2018

 

 

  1. GĦADA, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, ser issir laqgħa ta’ talb għal dawk li kienu jattendu għal-Life in the Spirit Seminars u għal kull min jixtieq jattendi.

 

  1. IT-TLIETA, fis-6.30 p.m. ser issir laqgħa tal-Kunsill Pastorali.

 

  1. IL-ĦAMIS, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, issir laqgħa ta’ tħejjija u talb fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej. Din hija okkażjoni tajba biex intejbu l-partiċipazzjoni tagħna fil-Quddiesa tal-Ħadd u nkomplu nikbru fil-ħajja nisranija.

 

  1. IL-ĠIMGĦA fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, jkomplu l-laqgħat tal-Grupp 60 Plus.

 

  1. Fis-26 ta’ Jannar ser issir attivita’ ta’ fundraising b’risq il-knisja. Biljetti mingħand Doris Mallia jew mill-ufficcju parrokkjali.

Jannar 2018

BallutaavvizimtJanuary 8, 20180

Evanġelizzazzjoni: Il-Minoranza Reliġjuża fl-Asja

Sabiex l-Insara u r-reliġjonijiet l-oħra li qegħdin fil-minoranza fil-pajjiżi Asjatiċi jkunu jistgħu jipprattikaw il-fidi tagħhom bil-libertà kollha.

Nitlob:

O Alla, agħmel li kulħadd ikun ħieles li jitlob u jqim lil Alla bil-libertà kollha u li jkun jista’

jipprattika l-fidi tiegħu ikun fejn ikun madwar id-dinja.

X’nista’ nagħmel:

Ninteressa ruħi u nfittex li nsir naf aħjar reliġjonijiet oħrajn biex negħleb il-preġudizzji li jista’ jkolli u nirrispetta t-tajjeb u s-sabiħ li hemm f’kulħadd.

Avviżi – 07/01/18

BallutaavvizimtJanuary 6, 20180

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 7 ta’ Jannar 2018

 

 

  1. GĦADA, fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.

 

  1. GĦADA wkoll, jerġgħu jibdew il-laqgħat ta’ tħejjija u talb fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej. Isiru fiċ-Ċentru kull nhar ta’ Tnejn fis-7.00 p.m.  Din hija okkażjoni tajba biex intejbu l-partiċipazzjoni tagħna fil-Quddiesa tal-Ħadd u nkomplu nikbru fil-ħajja nisranija.

 

  1. IT-TLIETA, fis-6.00 p.m., fil-Kappella ta’ Ġesù Ħabib, issir il-festa ta’ Ġesù Ħabib.

 

  1. IL-ĦAMIS ser issir laqgħa ta’ talb għal dawk kollha li kienu qed jattendu għas-Seminars tal-Life in the Spirit.  Din ser issir fiċ-Ċentru fis-7.00 p.m.

 

  1. IL-ĠIMGĦA fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp 60 Plus. Il-laqgħa dak inhar tibda b’Quddiesa.

 

  1. IT-TNEJN, 15 ta’ Jannar, ser issir laqgħa ta’ talb għal dawk kollha li kienu qed jattendu għas-Seminars tal-Life in the Spirit.  Din ser issir fiċ-Ċentru fis-7.00 p.m.

 

  1. IL-ĠIMGĦA 26 ta’ Jannar ser issir attivita’ ta’ fundraising b’risq il-knisja. Biljetti mingħadn Doris Mallia jew mill-ufficcju parrokkjali.

Fuljett Jannar 2018

BallutanewslettermaltiJanuary 1, 20180

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti