Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: December 2017

Avviżi – 31/12/17

BallutaavvizimtDecember 29, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 31 ta’ Diċembru 2017

 

 

  1. (IL-ĦADD), Il-Lejla, fis-6.00 p.m. ikun hawn Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. Quddiesa b’radd ta’ ħajr għal din is-sena. F’dik il-Quddiesa ser issir ġabra speċjali għad-Dar tal-Providenza.

 

  1. L-EWWEL TAS-SENA, festa ta’ Marija Omm Alla, hija festa kmandata. Il-Quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd, u ma jkunx hawn Quddies f’nofsinhar.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, fis-5.45 p.m. ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

 

  1. IS-SIBT, l-Ewwel Sibt, wara l-Quddiesa tad-9.30 a.m. ikun hawn ir-Rużarju Meditat.

 

  1. IL-ĦADD, il-Quddiesa tad-9.00 a.m. ser tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji u ser tixxandar fuq l-istazzjon TVM.  Il-familji huma mħeġġa jieħdu sehem.

Dak inhar fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma, ikun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.

 

  1. IL-ĦADD, l-Ewwel Ħadd tax-xahar. Il-ġabra tkun għall-bżonnijiet tal-knisja u biex jinġabru fondi għall-proġett tal-Lift minn Triq Scicluna.  Bi pjaċir inħabbru li l-permess għal-Lift ħareġ.  Issa jmiss li nkomplu dan il-ġbir ħalli nkunu nistgħu nibdew.  Mill-ispiża tas-sound baqa’ l-aħħar €4700 x’jitħallsu.  Il-ġbir u d-donazzjonijiet li saru f’Diċembru kienu ta’ €1795.  Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Il-FLIMKIEN ta’ Jannar bil-fuljett TAL-KARMNU BALLUTA, ħareġ. Il-helpers mitluba jiġbru l-kopji tagħhom mis-sagristija.

 

  1. Il-letturi mitlua jiġbru kopja tar-roster tagħhom mis-sagristija.

 

  1. Nawguraw s-Sena t-Tajba lilkom u lill-famlji tagħkom. IS-SENA T-TAJBA LIL KULĦADD.

Avviżi – 24/12/17

BallutaavvizimtDecember 26, 20170
  1. (IL-ĦADD), Il-Lejla fis-6.30 p.m. jkun hawn il-Quddiesa tal-Vġili.  Il-Velja tal-Milied tibda fid-9.30 p.m. u tinkludi talb, kant, il-purċissjoni ta’ Ġesù Bambin u l-priedka tradizzjonali tal-Milied, li din is-sena ser ssir minn Emma Vella.  Fl-10.30 pm issir il-Quddiesa ta’ bil-lejl.  Din tieħu post il-Quddiesa ta’ nofsillejl.  Inħeġġu lil kulħadd jingħaqad magħna.

 

  1. GĦADA (IT-TNEJN), JUM IL-MILIED, hija festa kmandata. Il-Quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd, imma ma jkunx hawn Quddies f’nofsinhar. 

 

  1. IL-ĦAMIS fil-5.00 p.m. ser isir PARTY TAL-MILIED GĦAT-TFAL tal-Parroċċa fiċ-Ċentru Titu Bransma. Biljett mill-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li offrew affarijiet tal-ikel għall-hampers għall-familji fil-bżonn.

 

  1. IS-SIBT, bejn l-10.00 am u nofsinhar, mistednin nagħtu l-awguri tagħna personali lil Mons. Arċisqof Charles Jude Scicluna fil-Kurja, l-Furjana. Min jixtieq jingħaqad mal-Parroċċa, jikteb ismu fis-sagristija.

 

  1. IL-ĦADD, L-AĦĦAR TAS-SENA, fis-6.00 p.m. ikun hawn Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. Quddiesa b’radd ta’ ħajr għal din is-sena. F’dik il-Quddiesa ser issir ġabra speċjali għad-Dar tal-Providenza.

 

  1. NHAR L-EWWEL TAS-SENA, festa ta’ Marija Omm Alla, hija festa kmandata. Il-Quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd, u ma jkunx hawn Quddies f’nofsinhar.

 

  1. F’dawn il-ġranet, fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu, Balluta, qed issir Wirja ta’ Presepju statiku. Inħeġġukom iżżuruh u tapprezzaw ix-xogħol artistiku maħdum mis-Sur Adrian Busuttil u t-tim tiegħu.  Miftuħ bejn il-5.00 u t-8.30 p.m. kuljum.  Ħdud u festi jiftaħ ukoll bejn id-9.30am u n-12.30 p.m.

 

  1. Nawguraw lilkom u lill-familji tagħkom, MILIED qaddis mimli bil-ferħ u l-paċi tal-Mulej. IL-MILIED IT-TAJJEB LIL KULĦADD.

Avviżi – 17/12/17

BallutaavvizimtDecember 19, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 17 ta’ Diċembru 2017

 

  1. IT-TNEJN tkompli n-Novena ta’ Ġesù Bambin. Kull filgħaxija, fis-6.00 p.m. ssir adorazzjoni li fiha tingħad it-Talba ta’ Filgħaxija, jinqara ħsieb fuq persunaġġ tal-Presepju u titkanta l-Kurunella ta’ Ġesù Bambin.  Waqt il-Quddiesa jkun hemm ħsieb qasir fuq il-Vanġelu.

 

  1. IL-ĦAMIS, fis-6.30 p.m., minn ħdejn il-Kappella ta’ Ġesù Ħabib, fi Triq P. Marjan, titlaq il-Purċissjoni bil-Bambin li ser tgħaddi minn dawn it-toroq: Camenzuli, Ġafar, Manwel Dimech, S. Elena, Neriku, Kulleġġ L-Antik u Scicluna fejn tintemm fiċ-Ċentru Titu Prandsma.

 

  1. IS-SIBT, wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m., ser isir il-Kunċert tal-Milied mill-Kor tal-Parroċċa, il-Marie-Therese Voice Choir. Kulħadd huwa mistieden.  Din is-sena il-Kunċert ser isir b’risq il-proġett tal-lift minn Triq Scicluna għall-knisja.

 

  1. Il-Ħadd, Lejlet il-Milied, il-ħin tal-Quddies ikun bħas-soltu, inkluża dik tas-6.30 p.m.  Il-Velja tal-Milied din is-sena ser tibda fid-9.30 p.m. biex fl-10.30 pm issir il-Quddiesa ta’ bil-lejl.  Din tieħu post il-Quddiesa ta’ nofsillejl.  F’nhar il-Milied u f’nhar l-Ewwel tas-Sena ma jkunx hawn Quddies f’nofsinhar.

 

  1. IL-ĦAMIS 28 ta’ Diċembru, fil-17.00 ser isir PARTY TAL-MILIED GĦAT-TFAL tal-Parroċċa fiċ-Ċentru Titu Bransma. Biljett mill-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Bħalissa fil-kuritur tal-ġenb tal-knisja, qed isir BAZAAR b’risq il-knisja b’affarijiet addattati għal dan iż-żmien tal-Milied. Wara l-Quddiesa wieħed jista’ jżuru u jgħin fil-bżonnijiet tal-knisja.  Il-Bazaar jintemm il-lejla u jiftaħ bejn il-5.00 u 7.15 p.m.  Dalgħodu miftuħ bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. 

Poeżiji għal żmien il-Milied

BallutaavvizimtDecember 16, 20170

IL-PREZENTAZZJONI  TA’  ĠESU’  FIT-TEMPJU

 

MARIJA  U  ĠIUZEPPI  ĦADU L-ĠESU’  FIT-TEMPJU,

GĦAX  L-EWWEL  TIFEL   MWIELED   FIL-FAMILJA,

KELLU  JIĠI  PPREZENTAT  LIL  MULEJ

KIF  KIENET  TITLOB  IL-LIĠI  LHUDIJA.

 

KIEN  JIĠI  OFFRUT  ANNIMAL  B’SAGRIFIĊJU,

U  B’TIFKIRA  TA  DIL-PREZENTAZZJONI,

NARAW  LIL  ĠIUZEPP  B’PAR  BĊIEĊE N  F’IDEJH,

BIEX  JAQDI  SEW  L-IMBIERKA  TRADIZZJONI,

 

IL-PROFETA  XMUN  U  L-PROFETESSA  ANNA,

LAQGĦU  LIT-TARBIJA  F’ĠERUSALEM,

WAQLI  LI  XMUN  KIEN  MGĦARRAF  MINN  ALLA  NNIFSU,

QABEL  RA  L-MESSIJA  MA  KELLUX  JINTEMM.

 

TISTGĦU  TAĦSBU  X’FERĦ  KELLU  X’ĦIN  RA  ‘L  ĠESU’,

ĦADU  JIĠRI  M’GĦAND  MARIJA  FUQ  IDEJH,

BEDA  JXANDAR  U  JFAĦĦAR  LIL  KBIR  ALLA,

B’ENTUZJAZMU  KBIR  B’ĠESU’  VIĊIN  ĦDEJH.

 

‘ISSA  TISTA’ TIEĦU  S-SERV  TIEGĦEK  KIF  WGĦEDT,

GĦAX  GĦAJNEJJA  RAW  IS-SALVAZZJONI  TIEGĦU,’

JEKK  AĦNA  NOSSERVAW  SEW  IL-LIĠI  TIEGĦU,

NIMXU  UKOLL   LEJN  IS-SALVAZZJONI  TIEGĦU.

 

JEKK  INT  TIMXI  HEKK  TAJJEB  FIT-TRIQ  TAJBA,

U  TASAL  HEKK  SAL-PONT  TAL-MEWT  TIEGĦEK,

DDUR  B’KUNFIDENZA, U  TGĦID  LIL – MULEJ,

‘ISSA  TISTA  INT  MULEJ  TIEĦU  S-SERV TIEGĦEK’

 

JEKK  NEMMEN  F’DIL  ĦAJJA  NISRANIJA,

U NARA  ‘L ĠESU   DEJJEM  B’GĦAJNEJN  IL-FIDI,

IKOLLI  MERTU  AKBAR  MINN  TAL-PROFETA,

GĦAX  NEMMEN   FIH  BLA  MA  NAQBDU   F’IDI.

 

Pawlu Mifsud

 

 

IL-MAGĦMUDIJA   TA’  ĠESU

 

IL-MAGĦMUDIJA  TA  ĠWANNI  TĦABBRILNA  AĦBAR  TAJBA,

LI  S-SALTNA  T’ALLA  TINSAB  FIL-QRIB  TAGĦNA,

U  LI  L  MESSIJA  MA  JDUMX  MA  JIDHER,

GĦALHEKK  ĠWANNI  RSISTA  GĦAT-TĦEJIJA  SEW  TAGĦNA.

 

MINN  NAĦA  L-OĦRA  TĦABRILNA  L-ISTAT  TA’RUĦNA,

FEJN  GĦANDHA  BZONN  TITWIELED  MILL-ĠDID,

TINDEM,   JISGĦOBIJA  GĦAL  DNUBIETHA,

U  TLESTI  KULL  TĦEJIJA  TA’  TIĠDID.

 

L-LHUD  KIENU  JAĦSBU  LI  M’GĦANDHOMX  BZONN  TA’ TIĠDID,

GĦAX  KIENU  JOSSERVAW  IL-LIĠIJIET  TAGĦHOM.

JEMMNU  LI  GĦANDHOM  B’ABRAHAM   MISSIERHOM,

U  M’GĦANDHOM  BZONN  XEJN  X’JIRRANĠAW  F’ĦAJJITHOM,.

 

WAQT  LI  DAWN  RAW  LI  ĠWANNI  TANT  IKRAĦ,

SĦABHOM  MIDIMBA RAW  LIL  ĠWANNI  SALVATUR,

GĦAX  KIEN  QED  JIMLIHOM  B’TAMA  ĠDIDA,

JEKK  JITGĦAMMDU   F’ISEM  KRISTU  L-MAĦTUR,

 

AĦNA  SPISS  NAGĦMLU  BĦAL  DAWK  IL-LHUD  ĦZIENA,

GĦAX  NGĦIDU  XI  FTIT  TALB  GĦAL  ĦTIĠIJIETNA

JEW  GĦAX  MEMBRI  F’XI  KONFRATERNITA’

M’GĦANDNIEX  BZONN  NISTQARRU  ĦTIJIETNA.

 

PERSONALMENT  NARAW  SPISS  ĦTIJIETNA,

MA  NAĦSBUX  LI  AĦNA  TANT  QADDISIN,

GĦAX  NERFGĦU  F’KULL  VARA  LI  GĦANDNA,

JEW  GĦAX  ĦBIEBNA  GĦANDNA  IL-QASSISIN.

 

Pawlu Mifsud

 

Avviżi – 10/12/17

BallutaavvizimtDecember 11, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 10 ta’ Diċembru 2017

 

  1. IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ssir il-laqgħa tal-Grufan.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, tibda n-Novena ta’ Ġesù Bambin. Kull filgħaxija, fis-6.00 p.m. ssir adorazzjoni li fiha tingħad it-Talba ta’ Filgħaxija u ssir tul il-ġranet tan-Novena, ssir mixja mal-persunaġġi tal-Presepju u titkanta l-Kurunella ta’ Ġesù Bambin.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, fis-6.30 p.m., ser issir il-Vestizzjoni tal-Abbatini li jservu f’din il-Knisja Parrokkjali. Filwaqt li nirringraazzjawhom tal-impenn tagħhom, nitolbu għalihom biex jaqdu fis-servizz tal-artal b’dedikazzjoni u b’imħabba.

 

  1. IL-ĦADD, il-Quddiesa tal-10.00 a.m., tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji. Fiha jsir it-tberik tal-Bambini li jġibu magħhom it-tfal.

 

  1. INFAKKRU li Lejlet il-Milied, ikun hawn il-Quddiesa tal-Vġili fis-6.30pm.  Il-Velja tal-Milied din is-sena ser tibda fid-9.30 p.m. biex fl-10.30 pm issir il-Quddiesa ta’ bil-lejl.  F’nhar il-Milied u f’nhar l-Ewwel tas-Sena ma jkunx hawn Quddies f’nofsinhar.

 

  1. Ħdejn l-artal poġġejna żewġ t’iqfief li fihom tistgħu tqegħdu affarijiet ta’ ikel preservat bħala karità għal żmien l-Avvent, biex il-Kummissjoni Djakonija tkun tista’ tqassamhom lill-persuni fil-bżonn. Żmien sa nhar l-Erbgħa li ġejjin.

 

  1. IL-ĦAMIS 28 ta’ Diċembru, fil-17.00 ser isir PARTY TAL-MILIED GĦAT-TFAL TAL-Parroċċa fiċ-Ċentru Parrokkjali. Biljett mill-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Nirringrazzjaw lill-helpers kollha ul-membri tal-komunità Karmelitana li nhar s-Sibt u l-Ħadd li għadda taw is-sehem tagħhom fiċ-Ċensiment li sar fil-knisja. Grazzi wkoll lil dawk kollha li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni kollha li saret fil-parroċċa.

 

  1. Bħalissa fil-kuritur tal-ġenb tal-knisja, qed isir BAZAAR b’risq il-knisja b’affarijiet addattati għal dan iż-żmien tal-Milied. Ikun miftuħ kuljum sa nhar il-Ħadd bejn il-5.00 u 7.15 p.m.  Il-Ħdud jiftaħ ukoll bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. 

Bazaar tal-Milied

BallutaavvizimtDecember 8, 20170

Ħsibijiet għall-Milied Qaddis

BallutaavvizimtDecember 4, 20170
  • IL–VERU  SPIRTU  TAL–MILIED

 X’NIFHMU  AĦNA  BL-ISPIRTU  TAL-MILIED?

IR-RIGALI  KBAR  LI  NAGĦTU  LILL-ULIED?

 

JEW  IL-‘PARTIES’ FEJN  NISTIEDNU  N-NIES,

U  NIXXALAW  MAGĦHOM  B’FINI  BLA  QIES?

 

DA JINSAB   F’MAXTURA  F’  GROTTA  ĊKEJKNA,

FUQ  WIĊĊ  TARBIJA  LI  NIZLET  ĦDEJNA,

 

X’NISTGĦU  NOFFRULHA  ‘L  DIT-TARBIJA

BIEX  NPATTULHA  KSIEĦ  IL-FISQIJA?

 

M’GĦANDHIEX  BZONN  FIDDA  U  L-ANQAS  XEJN,

TRID  LI  NPATTULHA  GĦAL  DARBA  TNEJN.

 

TRIDNA  NĦOBBU  IL-PROXXMU  TAGĦNA,

NZOMMU  ‘L  KULĦADD  B’ĦABIB  KBIR  TAGĦNA.

 

NGĦINU  ‘L  DAWK  L-ANQAS  IXXURTJATI,

U   DAWK  MINN  KULĦADD  ABBANDUNATI.

 

TRIDNA  NIFHMU  AKTAR  LIL  XULXIN,

NGĦINU  U  NAGĦDRU   AKTAR  LIL  XULXIN.

 

DAWN  L-ILWIEN  SBIEĦ  LI  JOĦORĠU  MILL-QALB,

LI  NGĦINU  ‘L ĦAFNA  BL-GĦOTJIET  U  T-TALB.

 

DIN  IL-MIXEGĦLA   LI  TRID  TIDHER  FIL-QLUB,

PAĊI  MĦABBRA  MILL-ANĠLI   F’SEMA  MIKTUB.

 

DAWN  HUMA  D-DWAL  LI  JIXEGĦLU D-DJAR   TAGĦNA,

JEKK  INZOMMU  ‘L KULĦADD  PAĊI  MAGĦNA.

 

DAN  HU  T-TEPTIP  TAD-DWAL  JIĠRU  F’XULXIN,

JEKK  ĠENTILI  U’QALB   TAJBA  MA  XULXIN.

 

MMORRU  NFITTXU  L-ĠESU  B’DAWL  F’IDEJNA,

BL-ISPIRTU  LI  MINN  KULL  ĠLIED  ĊEDEJNA.

 

IT-TOGĦMIET  BNINI  JGĦADDU  MAL-MILIED,

IT-TQARBIN  JAGĦMILNA  T’ALLA  L-ULIED.

 

B’HEKK  NSEWDU  QALBNA  WAQT  LI  NZARMAW

KOLLOX  JGĦADDI,  XEJN  AKTAR  MA  NARAW.

 

KOLLOX  ILWIEN  SBIEĦ  MINN  TAS-SAPUN.

LI  JINFAQGĦU  FIX-XEJN TMIEM  L-ISTAĠUN.

 

 

  • LIEMA  HU  L-AKBAR  FERĦ  TAGĦNA  FIL-MILIED

ALLA  ĦALAQ   PERFETTA  DINJA,

ĦIELSA  KIENET   MILL-MEWT  U  TBATIJA,

 

‘MMA  ADAM  U  EVA  L-EWWEL  BNEDMIN,

ĠĠIELDU  M’ALLA  SARU  MIDIMBIN.

 

IMMA  SAR  PATT  MINN  ALLA  B’TIFĦIR

BIEX   JIRRANĠA  D-DINJA  MINN  KULL  TKISSIR,(ĠEN  2:17)

 

QAJJEM  ĠLIEDA  BEJN  XITAN  U  MARA,

BEJN  IZ-ZERGĦA  TIEGĦU  U  DIK  TAL-MARA.

 

HIJA  TISĦAQQLU  DIK  IR-RAS  TIEGĦU,

U  TISĦAQQ  UKOLL  DAK  L-GĦARQUB  TIEGĦU.

 

FL-AĦĦAR  SEĦĦ  DAK  KOLLU  MWIEGĦED,

F’ĠUFHA  L-IBEN  T’ALLA  KIEN  MQIEGĦED.

 

ĦALLIEQ  ID-DINJA  JITWIELED  F’MAXTURA,

IR-RGĦAJJA  B’KULL  TAMA  MARRET  TADURA.

 

SAKEMM  FL-AĦĦAR  NIESU  STESS  QATLUH,

MA  ZOKK  TA’  SIĠRA  HUMA  SALBUH.

 

OFFRA  RUĦHU  GĦALINA  BIR-RIEDA  TIEGĦU,

BIEX  KOLLNA  KEMM  AĦNA  NSALVAW  MIEGĦU.

 

DAWK  LI  JEMMNU  FIH  KOLLHA  JSALVAW,

U ‘L-WIĊĊ  ĦIENI  T’ALLA  HUMA  JARAW.

 

HU  MA  BGĦATX  L-IBNU JIKKUNDANNANA

IMMA  BGĦAT  L-IBNU  BIEX  ISALVANA,(ĠAN. 3: 15-17)

 

DAN  L-AKBAR  FERĦ  IL-MILIED  TIFRAĦ  BIH,

F’DAN   JMISSNA NAGĦTU  ‘L  ALLA  L-AKBAR   ĠIĦ,

 

GĦAX  SPIĊĊAT  TAL-MEWT  KULL  STORJA,

FIHA  ĠIET  MIBLUGĦHA  L-VITTORJA,

 

FEJNHA  JA  MEWT  IN-NIGGIEZA  TIEGĦEK,

FEJNHA  AKTAR  DIK  L-ARJA  TIEGĦEK?

 

IN-NIGGIEZA  TAL-MEWT  HUWA  D-DNUB,

GĦALINA  ĠESU  REBAĦ  FUQ  KULL  DNUB.(1 KOR.15:54-57)

 

DAN  HU  L-VERU  SENS  TA’  FERĦ  TAL-MILIED.,

NAĦSBU  F’KULL  REBĦ  LI  SAR  FIL-MILIED.

 

JEKK  AĦNA  NIFIRĦU  F’TAGĦNA  R-REBĦIET,

SEW  DAWK  ĊIVILI , U  L-OĦRA  IL-KISBIET,

 

KEMM  GĦANDNA  AKTAR  BIL-WISQ  NIFIRĦU,,

LI  F’REBĦIEET  R-RUĦ  TANT  QED  NIMIRĦU.

 

JEKK  F’DAWK  ĊIVILI  B’DEMNA  TĦABATNA,

F’DAWK  TAR-RUĦ  BIL-GRAZZJA  QLAJNA.

 

  • TĦEJJIJA   GĦALL-AVVENT

L-AVVENT  IWAQQAFNA  FTIT  MILL-ĦSIEB  FRENETKU,

LI  JĠIB  MIEGĦU  MILIED  KUMMERĊJALI,

BIEX  INĦEJJU  RUĦNA  GĦALL-VERU  SENS  TAL-MILIED,

LI  TWIELED  GĦALINA  SALVATUR  IMPERJALI.

 

L-AVVENT  MA  JIXGĦELX  DAWL  JGĦAMMEX  L-GĦAJNEJN,

IZDA  L-VJOLA  LEWN  I L-PENITENZA,

ĦA  NĦEJJU   QLUBNA  B’QALB  NIEDMA  GĦAL MULEJ,

U ‘ NIDĦLU  QUDDIEM  ĠESU  B’KUNFIDENZA.

 

FL-AVVENT  NIPPREPARAW  RUĦNA  GĦAL  TLETT  MIĠJIET,

L-EWWEL  LI  DEHER  F’GĦAR  TAL-ANNIMALI,

IT-TIENI  LI  NWELLDUH  LKOLL  F’QALBNA

L-AĦĦAR  IL-MIĠJA  FIL-ĠUDIZZJU  UNIVERSALI.

 

TAJJEB  LI  NĦEJJU  XORB  U’IKEL  BNIN

XIERAQ  NZEJNU  NFAKKRU  L-ĠRAJJA,

IMMA  MA  JISWA  XEJN  GĦALINA,

JEKK  IMBARRU  LIL  ĠESU  MILL-ĠRAJJA,

 

L-IKEL  U  L-FEST  JGĦADDU U  JISPIĊĊAW,

IX-XEJXI  U  T-TEPTIP  JINTFEW  ANNUNA.

IZDA  JEKK  KRISTU  JKUN  DAĦAL  F’QALBNA,

IL-GLORJA  U  L-FERĦ    JIBQGĦU  JHENNUNA.

 

 

 

Diċembru 2017

BallutaavvizimtDecember 4, 20170

Avviżi – 03/12/17

BallutaavvizimtDecember 3, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 3 ta’ Diċembru 2017

 

 

  1. DALGĦODU U GĦADA T-TNEJN, fl-10.00am, fiċ-Ċentru jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.

 

  1. IL-ĦAMIS fiċ-Ċentru Titu Brandsma, fis-7.15 p.m. ikomplu s-serje ta’ laqgħat bl-isem ta’ LIFE IN THE SPIRIT SEMINARS miftuħa għal kull min jixtieq jikber fil-ħajja nisranija tiegħu.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, hija l-Festa tal-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI. Il-Quddies ikun bħal ta’ fost il-ġimgħa.  Huwa xieraq li nqaddsu din il-ġurnata billi nieħdu sehem f’Quddiesa. 

Dak inhar, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma, ikomplu it-tħejjija ta’ ikel tajjeb għas-saħħa minn nutritionist professjonali.

Dak inhar ukoll, mill-4.30 p.m. ‘l quddiem, fil-kuritur tal-ġenb tal-knisja ser isir BAZAAR għal dan iż-żmien tal-Milied.  Dan ser ikun miftuħ kuljum bejn il-5.00 u s-7.00 p.m. sas-17 ta’ Diċembru.

Fis-7.15 p.m. fi Ġnien l-Indipendenza jingħad r-Rużarju quddiem l-istatwa tal-Madonna.

 

  1. Navżaw minn issa li Lejlet il-Milied, ikun hawn il-Quddiesa tal-Vġili fis-6.30pm.  Il-Velja tal-Milied din is-sena ser tibda fid-9.30 p.m. biex fl-10.30 pm issir il-Quddiesa ta’ bil-lejl.  F’nhar il-Milied u f’nhar l-Ewwel tas-Sena ma jkunx hawn Quddies f’nofsinhar.

 

  1. Ħdejn l-artal poġġejna żewġ t’iqfief li fihom tistgħu tqegħdu affarijiet ta’ ikel preservat bħala karità għal żmien l-Avvent, biex il-Kummissjoni Djakonija tkun tista’ tqassamhom lill-persuni fil-bżonn.

 

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti