Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: November 2017

Fuljett Diċembru 2017

BallutanewslettermaltiNovember 29, 20170

Avviżi – 26/11/17

BallutaavvizimtNovember 25, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 26 ta’ NOVEMBRU 2017

 

  1. IT-TNEJN ser tinfetaħ id-dokumentazzjoni miġbura fl-Inkjesta Djoċesana għall-Kawża ta’ ħuna l-Qaddej ta’ Alla, P. Avertan u mibgħuta mill-Arċidjoċesi għand il-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin. Inkomplu nitolbu biex Alla jxerred il-grazzji tiegħu bl-interċessjoni ta’ P. Avertan u għall-Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni tiegħu.

 

  1. IL-ĦAMIS fiċ-Ċentru Titu Brandsma, fis-7.15 p.m. ikomplu s-serje ta’ laqgħat bl-isem ta’ LIFE IN THE SPIRIT SEMINARS miftuħa għal kull min jixtieq jikber fil-ħajja nisranija tiegħu.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma, ser jibdew serje ta’ 3 laqgħat dwar ikel tajjeb għas-saħħa minn nutritionist professjonali. Min jixtieq jattendi jista’ jipprezenta ruħu dak inhar stess.

 

  1. IS-SIBT filgħodu tiltaqa’ l-Kummissjoni Liturġika.

 

  1. IS-SIBT, il-Quddiesa tas-6.30 p.m. ser tkun animata mill-Grupp Footprints li mbagħad ikomplu mument qasir ta’ adorazzjoni wara l-Quddiesa.

 

  1. IS-SIBT U L-ĦADD li ġej fid-Djoċesi ta’ Malta ser isir Ċensiment tal-Quddies.

 

  1. KULL NHAR TA’ TLIETA U KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA, fis-6.00 p.m., fiċ-Ċentru jsiru provi tal-kant għall-membri tal-KOR PARROKKJALI. Min jixtieq ikun membru biex jagħti sehmu fis-servizz tal-kant jista’ jkellem lil Marie Therese Vassallo.

 

  1. Minn ħdejn il-bieb tal-ġenb tal-knisja, wieħed jista’ jakkwista kopja tal-kalendarju tal-Missjoni tas-sena d-dieħla. Dan huwa għajnuna oħra għall-missjoni.

 

  1. Ħdejn l-artal poġġejna żewġ t’iqfief li fihom tistgħu tqegħdu affarijiet ta’ ikel preservat bħala karità għal żmien l-Avvent, biex il-Kummissjoni Djakonija tkun tista’ tqassamhom lill-persuni fil-bżonn.

P. Robert Farrugia O.Carm

BallutaavvizimtNovember 20, 20170

Fid-19 ta’ Novemberu tħabbret il-mewt ta’ P. Robert Farrugia, Karmelitan, membru tal-Komunita’ Karmelitana tal-Balluta.  Il-funeral sar isir it-Tnejn 20 ta’ Novembru, fis-2.15 pm., fil-Knisja Parrokkjali tal-Balluta. Ilu sentejn u nofs il-Balluta fejn għamel diversi ħbieb u ħidma pastorali.  Imma bil-mod il-mod saħħtu bdiet tmur lura u daħal u ħareġ diversi drabi l-Isptar. Dawn l-aħħar xhur kien miġbur fil-kamra tiegħu. Il-bieraħ huwa stess talab għall-Griżma tal-Morda. Inġbaret madwaru l-komunita’ kollha u segwiehom f’kollox. Tawh l-assoluzzjoni u rċieva l-Ewkaristija. Kien kuntent u ppreparat biex jiltaqa’ mal-Mulej. Fit-3.15 am, l-Mulej sejjaħlu biex jingħaqad miegħu għal dejjem. Grazzi Mulej tal-ħajja u d-dedikazzjoni tiegħu. Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Life in the Spirit

BallutaavvizimtNovember 18, 20170

Avviżi – 19/11/17

BallutaavvizimtNovember 18, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 19 ta’ NOVEMBRU 2017

 

 

  1. IT-TLIETA fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru, jintemmu l-eżerċizzji tal-fiżjoterapija għal persuni ‘l fuq minn 60 sena.

 

  1. L-ERBGĦA, fid-9.00 a.m. it-Terzjarji Karmelitani qed jorganizaw Quddiesa fil-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata u wara jkollhom ħin iżuru l-qraba tagħhom. Min jixtieq jingħaqad mat-Terzjarji jista’ jikteb ismu fis-sagristija.

         Dak inhar fid-9.30 a.m., l-Azzjoni Kattolika qed jorganizzaw trasport biex issir żjara lill-anzjani f’San Vinċenz de Paule.  Min jixtieq jingħaqad magħhom jikteb ismu fis-sagristija.

 

  1. IL-ĦAMIS fiċ-Ċentru Titu Brandsma, fis-7.15 p.m. ikomplu s-serje ta’ laqgħat bl-isem ta’ LIFE IN THE SPIRIT SEMINARS miftuħa għal kull min jixtieq jikber fil-ħajja nisranija tiegħu.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, fl-10.00 a.m. ser issir attività ta’ fundraising b’risq il-Knisja li tibda b’Quddiesa u tkompli f’lukanda Buġibba. Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali jew mingħad Doris Mallia.

 

  1. IL-ĠIMGĦA u s-S-SIBT ser tiltaqa’ l-Assemblea Djoċesana bit-tema ‘L-Evanġelizzazzjoni u d-Djakonija.’ Fl-Assemblea, flimkien mal-Arċisqof, jiltaqgħu rappreżentanti tal-oqsma differenti tal-Knisja f’Malta. Nitolbu biex l-Assemblea Djoċesana tħalli l-frott fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta.

 

  1. IS-SIBT, wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m. ser ikun hawn Kunċert bl-Orgni u bil-Flawt bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Orgni.

 

  1. IL-ĦADD li ġej hija l-Festa ta’ Kristu Re. Il-Quddiesa tad-9.00 a.m. ser tkun trasmessa fuq TVM.  Dak inhar, fil-Knisja Parokkjali ta’ S. Venera, Mons. Arċisqof, fil-5.00 p.m. ser imexxi  t-Talba ta’ filgħaxija u wara jagħmel diskors tal-okkażjoni. Ser jiġi organizzat trasport apposta.  Min jixtieq jingħaqad magħna, it-trasport jitlaq fl-4.15 p.m.

 

  1. Fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-knisja f’Settembru 2018 mingħand dawk li huma impjegati fi skola tal-knisja, għandhom ħuthom fi skola tal-knisja, dawk li qegħdin fi skola tal-knisja li ma tkomplix. Applikanti oħra minn skejjel tal-gvern u indipendenti jkunu jistgħu japplikaw f’Jannar u Frar.  Informazzjoni dettaljata minn fuq il-website tal-kurja jew minn fuq in-notice board tal-knisja.

Buffet Lunch

BallutaavvizimtNovember 18, 20170

Avviżi – 12/11/17

BallutaavvizimtNovember 10, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 12 ta’ NOVEMBRU 2017

 

 

  1. ILLUM, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma ser issir attività speċjali għall-familja kollha. Waqt li l-adulti jkollhom FILM FORUM tal-film COURAGEOUS, it-tfal ser ikollhom grupp ta’ animators mill-Valletta 18. Il-film għandu messaġġ sabiħ ħafna dirett speċifikament għall-familja.  Inħeġġu ħafna l-familji u kull min irid biex jattendi għal din l-attività.

 

  1. IT-TNEJN, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru jkun hemm it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.

 

  1. IT-TLIETA u l-ĠIMGĦA, fit-3.30 p.m. jkomplu l-eżerċizzji tal-fiżjoterapija fiċ-Ċentru, għal persuni ‘l fuq minn 60 sena.

 

  1. KULL NHAR TA’ TLIETA U KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA, fis-6.00 p.m., fiċ-Ċentru jsiru provi tal-kant għall-membri tal-KOR PARROKKJALI. Min jixtieq ikun membru biex jagħti sehmu fis-servizz tal-kant jista’ jkellem lil Marie Therese Axiak.

 

  1. IL-ĦAMIS ikomplu s-serje ta’ laqgħat bl-isem ta’ LIFE IN THE SPIRIT SEMINARS miftuħa għal kull min jixtieq jikber fil-ħajja nisranija tiegħu. Is-Seminars qed isiru bil-Malti imma ser ikun hemm grupp għal min jippreferi l-Ingliż.  Il-laqgħat isiru fiċ-Ċentru Titu Brandsma, u jibdew fis-7.15 p.m. 

 

  1. IL-ĠIMGĦA, fiċ-Ċentru, fis-7.15 p.m. issir il-laqgħa tal-GRUFAN.

 

  1. Bħal kull sena, il-Knisja qiegħda tappella għall-ġenerożità tal-membri tagħha biex jgħinuha tipprovdi l-mezzi  finanzjarji biex l-iskejjel tal-Knisja f’Malta jkunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ’l quddiem il-missjoni tagħhom ta’ edukazzjoni ta’ eluf ta’ tfal u żgħażagħ. Għal dan il-għan, il-ġbir kollu li jsir fil-quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd, 18 u 19 ta’ Novembru, se jmur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.

Fuljett Novembru 2017

BallutanewslettermaltiNovember 4, 20170

Avviżi – 05/11/17

BallutaavvizimtNovember 4, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  IL-ĦADD 5 ta’ NOVEMBRU 2017

 

 

  1. IL-LEJLA, fl-4.00 p.m. jingħad ir-Rużarju quddiem il-Madonna fi Ġnien l-Indipendenza.

 

  1. IT-TNEJN, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru jkun hem il-lectio divina.

 

  1. IT-TLIETA u l-ĠIMGĦA jkomplu l-eżerċizzji tal-fiżjoterapija fiċ-Ċentru, fit-3.30 p.m. għal persuna ‘l fuq minn 60 sena.

 

  1. IL-ĦAMIS ser jibdew serje ta’ seba’ laqgħat bl-isem LIFE IN THE SPIRIT SEMINARS miftuħa għal kull min jixtieq jikber fil-ħajja nisranija tiegħu. Min attenda għal Seminars bħal dawn qal li kienet esperjenza qawwija tal-Ispirtu s-Santu li biddlitlu ħajtu.  Aħna mħeġġin nilqgħu l-istedina li kapaċi tibdillek ħajtek.  Il-laqgħat ser isiru kull nhar ta’ Ħamis fiċ-Ċentru Titu Brandsma, Triq Scicluna u jibdew fis-7.15 p.m.  Min beħsiebu jattendi jikteb ismu fis-sagristija.

 

  1. IL-ĠIMGĦA, wara l-Quddiesa, fil-Kappella tal-Adorazzjoni ser issir Adorazzjoni bħala talb speċjali għall-Vokazzjonijiet Karmelitani. Dan it-talb ikompli fil-Quddies tas-SIBT u L-ĦADD.

 

  1. IL-ĦADD, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma ser issir attività speċjali għall-familja kollha. Waqt li l-adulti jkollhom FILM FORUM tal-film COURAGEOUS, it-tfal ser ikollhom grupp ta’ animators mill-Valletta 18.  Il-film għandu messaġġ sabiħ ħafna dirett speċifikament għall-familja.  Inħeġġu ħafna tal-familji u kull min irid biex jattendi għal din l-attività.

 

  1. Matul ix-xahar ta’ Novembru, il-Quddies kollu ta’ filgħaxija jkun għall-Erwieħ li intom tikbru fil-Kurċjata ta’ Talb għall-Erwieħ. Fis-5.55 p.m. jingħad ir-Rużarju u t-talb għall-Erwieħ.  Min jixtieq jikteb lill-għeżież tiegħu jista’ jieħu envelope, jimla’ l-formola apposta u jgħaddieha lil xi wieħed mir-reliġużi.

 

P. Avertan Fenech O.Carm

BallutaavvizimtNovember 1, 20170

IT-TLIETA fil-Knisja tal-Karmnu fl-Imdina se jkun hemm Velja ta’ talb bit-Transtu ta’ P. Avertan. Inħeġġu lil kulħadd jieħu sehem. Tibda fis-7pm.

 

L-ERBGĦA, Arċisqof ser imexxi r-Rit li bih tingħalaq il-kawża djoċesana għall-beatifikazzjoni ta’ P. Avertan Fenech, Karmelitan.  Iċ-ċerimonja tibda fil-5.00 p.m. fil-Konkatidral ta’ S. Ġwann. Wara ssir Quddiesa ta’ Radd il-ħajr ‘l Alla.  Aħna mħeġġa nieħdu sehem.  Trasport minn ħdejn il-knisja sal-Kon-Katidral jitlaq fl-4.15 pm.  Min jixtieq juża dan it-trasport jikteb ismu fis-sagristija.

 

IS-SIBT fil-Kunvent tal-Imdina se jkun hemm seminar dwar P. Avertan organizzat mill-Carmelite Institute Malta u mmexxi mir-Rev. Dun John Berry. Is-seminar jibda’ fid-9.30am u jispiċċa fl-4.30pm .

 

 

    • Patri Avertan Fenech twieled il‑Mosta fl‑10 ta’ Lulju 1871. Għamel il‑professjoni reliġjuża fl‑Ordni Karmelitan fl‑1892 u ġie ordnat saċerdot fl‑1896. Fil‑ħajja reliġjuża tiegħu spikkaw b’mod speċjali l‑virtujiet tal‑modestja, l‑umiltà, il‑faqar u s‑safa, li kienu jqanqlu lin‑nies jersqu għandu għall‑qrar u d‑direzzjoni spiritwali.

  • Huwa kellu diversi responsabiltajiet u qeda diversi uffiċċji fl‑Ordni Karmelitan, fosthom bħala viċi‑surmast u mbagħad bħala surmast tan‑novizzi għal 26 sena. Huwa wettaq dan il‑ministeru b’dedikazzjoni u b’eżempju kbir għal dawk li għaddew minn taħt idejh.

    Il‑qdusija u l‑virtujiet tiegħu spikkaw l‑iktar fi żmien il‑mard kawża ta’ attakk qawwi ta’ puplesija fl‑1932, li ħallih b’ġismu nofsu pparalizzat u b’fommu mbikkem. Is‑sodda tal‑mard u s‑siġġu tar‑roti li fuqhom dam għal 11‑il sena u nofs saru mhux biss is‑salib tiegħu imma wkoll il‑pulptu li minn fuqhom kien iwassal l‑Evanġelju. Patri Avertan qatt ma kien predikatur, leħnu ma kienx jagħtih, imma dejjem ippriedka bl‑eżempju ta’ ħajtu.

    Patri Avertan miet fl‑1 ta’ Novembru 1943 u ma’ mewtu xterdet il‑fama tal‑qdusija. Bosta huma dawk li jżuru l‑qabar tiegħu fil‑Kappella tal‑Lunzjata (tal‑Karmnu), l‑Imdina, biex jitolbu u jirreferu grazzji maqlugħa bl‑interċessjoni tiegħu.

    Patri Avertan huwa mudell għar‑reliġjużi kollha fl‑għażla ta’ Alla fl‑ewwel post ta’ ħajjithom. Bħala saċerdot ifakkar u jqanqal bl‑eżempju ta’ ħajtu lis‑saċerdoti biex jingħataw għall‑qrar u d‑direzzjoni spiritwali. F’dinja u kultura li tiddiskuti dwar jekk il‑ħajja għandiex tintemm f’kaz ta’ mard terminali, Patri Avertan jiddi bħala mudell u xempju tad‑dinjità tal‑bniedem u l‑valur tal‑ħajja f’sitwazzjonijiet ta’ tbatija.

 

 

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti