Novembru 2017
Avviżi – 29/10/17
ILLUM ser isir il-Kungres tat-Terezjarji Karmelitani fil-knisja parrokkjali tal-Imsida. Trasport minn ħdejn il-knisja jitlaq fl-3.45 p.m. It-Terzjarji huma mħeġġa jattendu. Min ser juża t-trasport huwa mitlub jikteb ismu fis-sagristija.
GĦADA, fil-5.00 p.m., fiċ-Ċentru ser issir Quddiesa għat-Tfal li jattendu d-duttrina fejn jiġu ċċelebrati l-Qaddisin kollha.
GĦADA wkoll, fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta, P. Avertan se jiġi mfakkar fl-anniversarju ta’ mewtu b’Quddiesa fis-6.30pm.
IT-TLIETA fil-Knisja tal-Karmnu fl-Imdina se jkun hemm Velja ta’ talb bit-Transtu ta’ P. Avertan. Inħeġġu lil kulħadd jieħu sehem. Tibda fis-7pm.
L-ERBGĦA, Arċisqof ser imexxi r-Rit li bih tingħalaq il-kawża djoċesana għall-beatifikazzjoni ta’ P. Avertan Fenech, Karmelitan. Iċ-ċerimonja tibda fil-5.00 p.m. fil-Konkatidral ta’ S. Ġwann. Wara ssir Quddiesa ta’ Radd il-ħajr ‘l Alla. Aħna mħeġġa nieħdu sehem. Trasport minn ħdejn il-knisja sal-Kon-Katidral jitlaq fl-4.15 pm. Min jixtieq juża dan it-trasport jikteb ismu fis-sagristija.
IS-SIBT fil-Kunvent tal-Imdina se jkun hemm seminar dwar P. Avertan organizzat mill-Carmelite Institute Malta u mmexxi mir-Rev. Dun John Berry. Is-seminar jibda’ fid-9.30am u jispiċċa fl-4.30pm .
Il-ġabra li saret żewġt Iħdud ilu fuq iz-zuntier b’risq il-Hospice Malta kienet ta’ € 179.38;
il-ġabra li saret il-Ħadd li għall-Missjoni kienet ta’ € 2217.56;
waqt li l-ġabra li saret mill-envelops tal-Ġurnata Missjunarja kienet ta’ €435.00. Nirringrazzjawkom ħafna.
Matul ix-xahar ta’ Novembru, il-Quddies kollu ta’ filgħaxija jkun għall-Erwieħ li intom tikbru fil-Kurċjata ta’ Talb għall-Erwieħ. Min jixtieq jikteb lill-għeżież tiegħu jista’ jieħu envelope, jimla’ l-formola apposta u jgħaddieha lil xi wieħed mir-reliġużi.
IL-ĦAMIS 9 ta’ Novembru ser jibdew serje ta’ seba’ laqgħat bl-isem LIFE IN THE SPIRIT SEMINARS miftuħa għal kull min jixtieq jikber fil-ħajja nisranija tiegħu. Il-laqgħat ser isiru kull nhar ta’ Ħamis fiċ-Ċentru Titu Brandsma, Triq Scicluna u jibdew fis-7.15 p.m. Min behsiebu jattendi jikteb ismu fis-sagristija.
Life in the Spirit
Avviżi – 22/10/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 22 ta’ Ottubru 2017
- GĦADA, fil-5.00 p.m. ser issir laqgħa għall-ġenituri li għandhom uliedhom jattendu għad-duttrina fiċ-Ċentru u qegħdin f’sena 1, 3 u 4 tal-katekiżmu.
Fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, jkomplu l-laqgħat tal-Lectio Divina.
- IT-TLIETA U L-ĠIMGĦA, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru, jkomplu l-eżerċizzji ħfief tal-fiżjoterapija għal persuni li għalqu s-60 sena.
- IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru jkun hemm il-laqgħa tal-Grufan.
- IS-SIBT, bejn id-9.30 am u nofsinhar ser isir Seminar għall-operaturi parstorali kollha tal-parroċċi Ta’ Tas-Sliema u l-Balluta. Il-membri tal-Kunsill Pastorali u tal-Kummissjonijiet kollha tal-parroċċa flimkien mal-Katekisti, l-Letturi u l-Ministri Straordinarji ta-Tqarbin u persuni oħra li qed jgħinu fil-ħidma pastorali tal-parroċċa huma mistiedna u mistennija jattendu. Is-Seminar ser isir fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ S. Girgor.
- IL-ĦADD li ġej ser issir it-tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Din it-tifkira ser issir nhar il-Ħadd minflok fid-data tat-12 ta’ Diċembru biex hekk tiġi ċċelebrata flimkien mal-komunità kollha fil-Quddies kollu tal-Ħadd. Fil-Quddiesa tal-10.00 am ssir l-inċensazzjoni tat-tnax-il kolonna li fuqhom hija mibnija l-knisja, figura tat-12 l-Appostlu tal-Mulej.
- IL-ĦADD ukoll ser isir il-Kungres tat-Terezjarji Karmelitani fil-knisja parrokkjal tal-Imsida. Trasport minn ħdejn il-knisja jitlaq fl-3.45 p.m. It-Terzjarji huma mħeġġa jattendu. Min ser juża t-trasport huwa mitlub jikteb ismu fis-sagristija.
- Matul ix-xahar ta’ Novembru, il-Quddies kollu ta’ filgħaxija jkun għall-Erwieħ li intom tikbru fil-Kurċjata ta’ Talb għall-Erwieħ. Min jixtieq jikteb lill-għeżież tiegħu jista’ jieħu envelope u jimla’ l-formola apposta li hemm ħdejn il-bibien tal-knisja. L-envelope għanu jingħata lil xi ħadd mill-patrijiet.
- Kif smajna l-ġimgħa l-oħra, fl-1 ta’ Novembru, Mons. Arċisqof ser imexxi r-Rit li bih tingħalaq il-kawża djoċesana għall-beatifikazzjoni ta’ P. Avertan Fenech, Karmelitan. Iċ-ċerimonja tibda fil-5.00 p.m. fil-Konkatidral ta’ S. Ġwann. Wara ssir Quddiesa ta’ Radd il-ħajr ‘l Alla. Aħna mħeġġa nieħdu sehem. Trasport minn ħdejn il-knisja sal-Kon-Katidral jitlaq fl-4.15 pm. Min jixtieq juża dan it-trasport jikteb ismu fis-sagristija.
Ottubru 2017
Avviżi – 15/10/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 15 ta’ Ottubru 2017
- GĦADA, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, jkomplu l-laqgħat tal-Lectio Divina.
- Matul din il-ġimgħa tibda r-reġistrazzjoni tal-Quddies għas-sena d-dieħla. Man-Notice-Boards hemm il-ġranet u l-ħinijiet meta jista’ jsir dan il-booking.
- IT-TLIETA U L-ĠIMGĦA, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru, jkomplu l-eżerċizzji ħfief tal-fiżjoterapija għal persuni li għalqu s-60 sena
- IL-ĦAMIS fl-4.30 p.m. ser issir laqgħa għall-ġenituri li għandhom uliedhom jattendu għad-duttrina fis-Sacred Heart u qegħdin f’sena 2 u 4 tal-katekiżmu.
- Matul ix-xahar ta’ Novembru, il-Quddies kollu ta’ filgħaxija jkun għall-Erwieħ li intom tikbru fil-Kurċjata ta’ Talb għall-Erwieħ. Min jixtieq jikteb lill-għeżież tiegħu jista’ jieħu envelope u jimla’ l-formola apposta li hemm ħdejn il-bibien tal-knisja. L-envelope għanu jingħata lil xi ħadd mill-patrijiet.
- Illum tagħlaq il-World Hospice and Palliative Care Week bl-iskop li jiżdied l-għarfien fuq il-kura paljattiva li tingħata lill-persuni morda bil-kanċer, jittaffa l-uġigħ tal-pazjenti u jingħata appoġġ lill-familjari tagħhom. Voluntiera u membri tal-Hospice Malta qegħdin ħdejn il-bibien tal-Knisja biex iqassmu rikordju tal-ġurnata kif ukoll jilqgħu xi donazzjoni.
- IS-SIBT U L-ĦADD LI ĠEJ HIJA L-ĠURNATA MISSJUNARJA. Il-Papa Franġisku jfakkarna fil-ħtieġa lil ngħinu lil ħutna f’150 elf djoċesi fil-missjoni ngħinuhom jibnu knejjes, iżommu skejjel, jikkuraw pazjenti fiċ-ċentri tas-saħħa, jilqgħu lit-tfal u orfni abbandunati,, jagħtu korsijiet lill-katekisti, iwasslu l-Aħbar it-Tajba u jagħtu formazzjoni lil eluf ta’ seminaristi u student reliġjużi. Huwa jappellalna għall-ġenerożità fl-offerti tagħna. Infakkru li l-envelope tal-ġabra tal-missjoni jista’ jintbagħat direttament fl-Uffiċċju Missjunarju inkella jinġieb l-knisja.
- Il-Kunsill Lokali Sliema se jiccelebra Gieh tas-Sliema nhar l-Erbgha 25 ta’ Ottubru 2017 fis-7.00pm fit-Teatru Salesjani tas-Sliema. Biljetti b’xejn mingħand il-Kunsill Lokali Sliema. Aktar informazzjoni ssibuha man-notice board.
Rużarju fil-beraħ
Avviżi – 08/10/17
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 08 ta’ Ottubru 2017
- GĦADA/IT-TNEJN, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru, jkomplu l-laqgħat tal-Lectio Divina.
- IT-TLIETA U L-ĠIMGĦA, fit-3.30 p.m., jkomplu l-laqgħat ta’ eżerċizzji ħfief għal persuni li għalqu s-60 sena.
- IL-ĦAMIS, lejliet l-aħħar dehra tal-Madonna ta’ Fatima li saret 100 sena ilu, ser jiġi organizzat Rużarju fil-beraħ fil-Pjazza tal-Balluta. Ir-Rużarju jibda fis-7.15 p.m.
- IL-ĠIMGĦA, fiċ-Ċentru Titu Brandsma, jerġa’ jibda jiltaqa l-Grupp Anzjani. L-ewwel laqgħa tibda b’Quddiesa fl-10.00 a.m. L-anzjani mħeġġa jattendu.
- IL-ĠIMGĦA wkoll, fis-6.00 p.m., Mons. Arċisqof ser imexxi Pellegrinaġġ fl-okkażjoni t’għeluq il-100 sena mid-dehra tal-Madonna ta’ Fatima. Tluq minn ħdejn il-parroċċa ta’ S. Gejtanu, l-Ħamrun għall-parroċċa ta’ Gwardamangia.
- Il-Booking tal-Quddies għas-sena d-dieħla ser jiftaħ nhar it-Tnejn 16 ta’ Ottubru. Man-Notice-Boards hemm il-ġranet u l-ħinijiet meta jista’ jsir da nil-booking.
- Matul ix-xahar ta’ Novembru, il-Quddies kollu ta’ filgħaxija jkun għall-Erwieħ li intom tikbru fil-Kurċjata ta’ Talb għall-Erwieħ. Min jixtieq jikteb lill-għeżież tiegħu jista’ jieħu envelope u jimla’ l-formola apposta li hemm ħdejn il-bibien tal-knisja. L-envelope għanu jingħata lil xi ħadd mill-patrijiet.
- Infakkru li l-envelops tal-ġabra tal-missjoni jista’ jintbagħat direttament fl-Uffiċċju Missjunarju inkella jinġieb l-knisja.
- Matul din il-ġimgħa qed tiġi ċċelebrata l-World Hospice and Palliative Care Week bl-iskop li jiżdied l-għarfien fuq il-kura paljattiva li tingħata lill-persuni morda bil-kanċer, jittaffa l-uġigħ tal-pazjenti u jingħata appoġġ lill-familjari tagħhom. Is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd, voluntiera u membri tal-Hospice Malta se jkunu fuq iz-zuntier tal-Knisja biex iqassmu rikordju tal-ġurnata kif ukoll jilqgħu xi donazzjoni
Ottubru 2017
Avviżi – 01/10/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 01 ta’ Ottubru 2017
- ILLUM (Il-ĦADD) u GĦADA T-TNEJN, fl-10.00 am, fiċ-Ċentru jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.
ILUM u kull filgħaxija f’dan ix-xahar, fis-6.00 p.m., ir-Rużarju jingħad quddiem Ġesù Ewkaristija. Inħeġġu lil min jista’ biex jieħu sehem, inkella jgħid din it-talba mal-familja tiegħu.
- GĦADA (IT-TNEJN), fis-7.00 p.m., jkomplu l-laqgħat ta’ riflessjoni, diskussjoni u talb bi tħejjija għall-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.
- IT-TLIETA U L-ĠIMGĦA, fit-3.30 p.m., jkomplu l-laqgħat ta’ eżerċizzji ħfief għal persuni li għalqu s-60 sena. Min jixtieq jattendi għalihom jista’ jippreżenta ruħu dak inhar stess.
- IL-ĠIMGĦA hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m., ser ikun hawn Kunċert qasir minn Kor Olandiż taħt id-direzzjoni ta’ Paul Sneok.
- IL-ĠIMGĦA, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal ser torganizza attività bejn is-6.00 u t-8.00 p.m. fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehriet tal-Madonna ta’ Fatima.
- IS-SIBT, l-Ewwel Sibt, wara l-Quddiesa tad-9.30 a.m. ikun hawn ir-Rużarju Meditat.
- Il-Kummissjoni Ambjent flimkien ma’ Nature Trust Malta qed jorganizzaw Seminar bit-tema: Laudato Si’ : Perspettivi Inter-Reliġjużi u Sekulari dwar il-Kura tal-Ħolqien, nhar L-ERBGĦA 4 TA’ OTTUBRU, fl-4.30 pm, fil-Millennium Chapel.
- Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema flimkien ma l-SOS Malta qed joffri servizz lill-anzjani li jkollhom bzonn jaqdu l-qadi tagħhom f`Tas-Sliema, (anki għall-Quddies, għall-policlinic tal-Gżira, l-berga, l-bank jew sax-Xatt. Dawn għandhom iċemplu l-uffiċċju tal-Kunsill u jagħmlu appuntanment.
- Ħarġet ir-rivista FLIMKIEN li fiha l-fuljett TAL-KARMNU BALLUTA. Il-helpers mitluba jiġbru l-kopji tagħhom mis-sagristija. Mar-rivista qed jitqassmu wkoll l-envelops tal-ġabra tal-missjoni. L-envelope bid-donazzjoni għandu jintbgħat direttament fl-Uffiċċju Missjunarju inkella jiġbiebu l-knisja.