Fuljett Ottubru 2017
Eżerċizzju tal-Fiżjoterapija
Balluta Seminars
Avviżi – 24/09/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 24 ta’ Settembru 2017
GĦADA, fil-5.00 p.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma, jsiru l-ewwel laqgħat tad-duttrina.
GĦADA wkoll, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru jkomplu l-laqgħat ta’ riflessjoni, diskussjoni u talb bi tħejjija għall-Vanġelu tal-Ħadd li ġej.
IL-ĠIMGĦA, fit-3.30 p.m., fiċ-Ċentru Parrokkjali, ser jibdew serje ta’ laqgħat ta’ eżerċizzji ħfief għal persuni li għalqu s-60 sena. Il-laqgħat ikomplu kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa. Min jixtieq jattendi għalihom jista’ jippreżenta ruħu nhar il-Ġimgħa stess.
IL-ĦAMIS, tibda s-Sena Kateketika fiċ-Ċentru tad-Duttrina fis-Sacred Heart. Il-laqgħat jibdew fl-4.30 p.m.
Il-ġenituri tat-tfal li din is-sena qegħdin fl-ewwel sena tal-iskola primarja, jistgħu jiktbu lil uliedhom għal lezzjonijiet ħfief qabel jibdew il-katekiżmu s-sena d-dieħla. Ikollhom laqgħa kull nhar ta’ Tnejn bejn il-5.00 u l-5.30 p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali.
IS-SIBT, fit-3.30 p.m. ser issir laqgħa tal-CARMEL TEENS fiċ-Ċentru Żgħażagħ Karmelitani, fi Triq il-Kulleġġ L-Antik.
IL-ĦADD, nagħtu bidu għas-Sena Kateketika. Il-Quddiesa tal-10.00 a.m. tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji. Dak inhar ser jingħata l-mandat lill-katekisti u l-ġenituri jġeddu l-impenn tagħhom fit-tagħlim nisrani ta’ wliedhom.
Dak inhar huwa Jum L-Anzjani. Napprezzaw l-anzjani tagħna, nitolbu għalihom u ngħinuhom fil-bżonnijiet tagħhom.
IL-ĦADD ukoll, jibda Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju. Kull filgħaxija, fis-6.00 p.m., ir-Rużarju jingħad quddiem Ġesù Ewkaristija. Inħeġġu lil min jista’ biex jieħu sehem, inkella jgħid din it-talba mal-familja tiegħu.
Avviżi – 17/09/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 17 ta’ Settembru 2017
- GĦADA, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru ser issir laqgħa miftuħa għal kull min jixtieq jidħol aktar fil-fond fuq il-Vanġelu tal-Ħadd b’riflessjoni, diskussjoni u talb fuq l-istess messaġġ tal-Vanġelu li tgħinu jagħmel esperjenza ta’ mixja ta’ fidi.
- IL-ĦAMIS, ser issir ħarġa għal Għawdex. Tluq fis-7.30 a.m. Biljetti mis-sagristija jew mill-uffiċċju parrokkjali.
- Il-ġenituri li jixtiequ jibdew jibagħtu t-tfal għat-tagħlim tad-duttrina f’wieħed miċ-Ċentri tal-Parroċċa għandhom jieħdu ħsieb jiktbuhom fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet u l-ġranet tal-uffiċċju. Ikollhom bżonn iċ-ċertifikat ta-Magħmudija.
- Ser jibda PROGRAMM TA’ EŻERĊIZZJU ĦAFIF TAL-FIŻJOTERAPIJA GĦAN-NIES MINN 60 SENA ‘L FUQ. L-eżerċizzju ser ikun ta’ intensita’ baxxa bil-għan li jgħinek tibqa attiv/a, itejjiblek saħħtek u tkun iktar indipendenti fil-ħajja tiegħek. Dan il-programm se jsir darbtejn fil-ġimgħa, kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, fiċ-Ċentru Titu Brandsma l-Balluta u jibda fid-29 ta’ Settembru. NHAR Il-ĠIMGĦA fil-5.30pm ser issir laqgħa biex jispjegaw il-programm minn qabel. Il-programm ser ikun bla ħlas. Għal iktar informazzjoni jikkuntattjaw lill-Kappillan.
- ILLUM, il-Kummissjoni Festa Esterna ser torganizza BALLUTAFEST quddiem il-kunvent. Kulħadd huma mistieden jieħu sehem u jgħin f’din l-attività għall-bżonnijet tal-festa.
Avviżi – 10/09/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 10 ta’ Settembru 2017
- IL-ĦADD huwa JUM L-ART IMQADDSA. Nitolbu ‘l Alla għal ħutna li jgħixu hemm u biex idawwal l-imħuħ u l-qlub tal-bnedmin għall-paċi fl-Art Imqaddsa. Ngħinu lil dawn ħutna billi nagħtu l-offerta ġeneruża tagħna fil-ġabra tas-Sibt u l-Ħadd li ġej. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.
- IL-ĦAMIS, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru jkun hemm il-laqgħa tal-GRUFAN.
- Il-ġenituri li jixtiequ jibdew jibagħtu t-tfal għat-tagħlim tad-duttrina f’wieħed miċ-Ċentri tal-Parroċċa għandhom jieħdu ħsieb jiktbuhom fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet u l-ġranet tal-uffiċċju. Ikollhom bżonn iċ-ċertifikat ta-Magħmudija.
- Fit-28 ta’ Settembru ser jibda Kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ għall-Għarajjes. Isir kull nhar ta’ Ħamis fis-7.15 p.m. Booking mill-uffiċċju parrokkjali.
- Ser jibda PROGRAMM TA’ EŻERĊIZZJU ĦAFIF TAL-FIŻJOTERAPIJA GĦAN-NIES MINN 60 SENA ‘L FUQ. L-eżerċizzju ser ikun ta’ intensita’ baxxa bil-għan li jgħinek tibqa attiv/a, itejjiblek saħħtek u tkun iktar indipendenti fil-ħajja tiegħek. Dan il-programm se jsir darbtejn fil-ġimgħa fiċ-Ċentru Titu Brandsma l-Balluta u jibda fid-29 ta’ Settembru. Il-ĠIMGĦA 22 ta’ Settembru fil-5.30pm ser issir laqgħa biex jispjegaw il-programm minn qabel. Il-programm ser ikun bla ħlas. Għal iktar informazzjoni jikkuntattjaw lil Kappillan.
Settembru 2017
Gozo by Night
Avviżi – 03/09/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 3 ta’ Settembru 2017
- IT-TNEJN, fiċ-Ċentru Titu Brandsma, fis-7.00 pm terga tibda ssir il-LECTIO DIVINA fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li jkun ġej.
- IL-ĠIMGĦA, hija l-Festa ta’ Marija Bambina. Il-ħin tal-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa. Ikun xieraq inqaddsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina.
- IL-ĠIMGĦA ser issir ħarġa għal Għawdex fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina. Biljetti mimgħand Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.
- Il-ġenituri li jixtiequ jibdew jibagħtu t-tfal għat-tagħlim tad-duttrina f’wieħed miċ-Ċentri tal-Parroċċa għandhom jieħdu ħsieb jiktbuhom fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet u l-ġranet tal-uffiċċju. Ikollhom bżonn iċ-ċertifikat ta-Magħmudija.
- Fit-28 ta’ Settembru ser jibda Kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ għall-Għarajjes. Isir kull nhar ta’ Ħamis fis-7.15 p.m. Booking mill-uffiċċju parrokkjali.
- Il-persuni li għalqu l-55 sena u jixtiequ jieħdu t-tilqima tal-influwenza jistgħu jċemplu l-Kunsill rispettiv tagħhom sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Settembru.
- Nawguraw il-festa t-tajba lill-parruċċani ta’ San Ġirgor fl-okkażjoni tal-festa tal-Patrun tagħhom. Nawguraw ukoll lil Fr. Paul Attard, Franġiskan, li (għada) llum jieħu l-pussess ta’ Kappillan tal-Parroċċa tas-Sacro Cuor.