Fuljett Settembru 2017
Avviżi – 27/08/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 27 ta’ Awwissu 2017
- IL-ĠIMGĦA hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Dak inhar huwa Jum il-Ħolqien. Aħna mħeġġin nitolbu biex kulħadd iħares il-ħolqien. Fis-5.45 p.m. ikun hawn Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
- IS-SIBT, wara l-Quddiesa tad-9.30 a.m. ikun hawn ir-Rużarju Meditat.
- Fit-8 ta’ Settembru ser tiġi organizzata Gozo by Night fl-okkazjoni tal-festa ta’ Marija Bambina. Biljetti mimgħand Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.
- Il-ġenituri li jixtiequ jibagħtu t-tfal għat-tagħlim tad-duttrina f’wieħed miċ-Ċentri tal-Parroċċa għandhom jieħdu ħsieb jiktbuhom fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet u l-ġranet tal-uffiċċju. Min ser jinkiteb għall-ewwel darba ikollu bżonn iċ-ċertifikat ta-Magħmudija.
- F’Settembru ser isir Kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ għall-Għarajjes. Kull nhar ta’ Ħamis fis-7.15 p.m. u jibda fit-28 ta’ Settembru. Booking mill-uffiċċju parrokkjali.
- Ħarġet ir-rivista FLIMKIEN bil-fuljett Tal-Karmnu Balluta. Il-helpers mitluba jiġbru l-kopji tagħhom mis-sagristija.
- Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema u ta’ S. Ġiljan javżaw li dawk il-persuni li għalqu l-55 sena u jixtiequ jieħdu t-tilqima tal-influwenza jistgħu iċemplu l-Kunsill rispettiv tagħhom sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Settembru.
- Il-Kunsill Lokali Sliema se jtella t-tielet edizzjoni tas-Sliema, Wirt u Niesha 2017 nhar l-Erbgha 25 ta’ Ottubru 2017 fis-7.00pm fit-Teatru Salesjani tas-Sliema. Ghaldaqstant bhalissa qed jintbaghtu formoli tan-nominazzjonijiet fid-djar. Min jinterssah jinnomina lil xi hadd biex din is-sena jiehu jew tiehu l-Premju Gieh tas-Sliema ghandu jaghmel dan sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgha 6 ta’ Settembru. Il-Formoli bir-regolamenti jistghu jingabru ukoll mill-Kunsill Lokali Sliema.
- Nawguraw il-festa t-tajba lill-parruċċani ta’ San Ġiljan fl-okkażjoni tal-festa tal-Patrun tagħhom.
Awwissu 2017
Avviżi – 20/08/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 20 ta’ Awwissu 2017
IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru jkun hemm il-laqgħa tal-Grufan.
Fit-8 ta’ Settembru ser tiġi organizzata Gozo by Night fl-okkazjoni tal-festa ta’ Marija Bambina. Biljetti mimgħand Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.
Nawguraw il-festa t-tajba lill-parruċċani ta’ Stella Maris fl-okkazjoni tal-festa tal-Patruna tagħhom.
Gozo by Night
Avviżi – 13/08/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA IL-ĦADD 13 ta’ Awwissu 2017
IT-TLIETA hija l-festa għażiża ta’ Santa Marija. Dak inhar hija festa kmandata u huwa dmir tal-Quddies. Il-ħin tal-Quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. Inħeġġu lil kulħadd iqaddes dan il-jum bis-sehem tal-Quddies u nitolbu l-Madonna tieqaf mal-familji tagħna u mal-poplu tagħna.
Fit-8 ta’ Settembru ser tiġi organizzata Gozo by Night fl-okkazjoni tal-festa ta’ Marija Bambina. Biljetti mingħand Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.
Avviżi – 06/08/17
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 6 ta’ Awwissu 2017
Nirringrazzjaw lil dawk kollha li għenu fit-tħejjijiet għall-Festa tal-patruna tagħna, l-Madonna tal-Karmnu, kemm fil-Knisja u kemm barra fit-toroq. Grazzi partikulari lill-membri tal-Kummissjoni Festa Esterna u lill-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali, Tal-Karmnu, Balluta.
Il-lejla fis-7.15 pm fi Ġnien l-Indipendenza, jingħad ir-Rużarju quddiem l-istatwa tal-Madonna.
Fuljett Awwissu 2017