Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: July 2017

Avviżi – 30/07/17

BallutaavvizimtJuly 30, 20170

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA 30/07/17

 

IL-LEJLA 17.45: Għasar tal-Madonna tal-Karmnu.

18.15: Quddiesa.  (minflok fis-6.30 p.m.)

19.30: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R. Provinċjal P. Alexander Vella.  Fil-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.

22.30: Dħul tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali, kant tal-antifona Flos Carmeli u Barka Sagramentali.

Nappellaw biex minn fejn tgħaddi l-purċissjoni ma jitħallewx karozzi pparkjati għax jiġu ttowjati.

 

IL-ĠIMGĦA hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Fis-5.45 p.m. ikun hawn Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

 

L-Emigranti Maltin li jinsabu għal btajjel fil-gżejjer Maltin huma mistiedna għal laqgħa li l-Kummissjoni Emigranti qed torganizza għalihom mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta’ San Anton, nhar it-Tlieta, 1 ta’ Awwissu, 2017, fl-10.00am.  Informazzjoni man-Notice-baords.

 

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li għenu fit-tħejjijiet għall-Festa, kemm fil-Knisja u kemm barra fit-toroq.  Nappellaw biex il-lejla, wara l-purċissjoni, min jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu, imqar għal ftit ħin, din tiġi apprezzata ħafna billi n-numru ta’ voluntiera huwa żgħir.

 

IL-KOMUNITÀ KARMELITANA tawgura l-Festa t-Tajba lilkom u l-familji tagħkom.

 

 

Programm Festa 2017

BallutaavvizimtJuly 23, 20170

Avviżi – 23/07/17

BallutaavvizimtJuly 23, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD 23 ta’ Lulju 2017

  

IT-TNEJN, fis-6.30 p.m. Quddiesa li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji Karmelitani.

 

IT-TLIETA, Fis-6.30m. Quddiesa bis-sehem tal-familji u t-tfal bil-priedka dwar il-Madonna minn Neil Galea.

L-ERBGĦA, L-ĦAMIS U L-ĠIMGĦA huma ġranet ta-Tridu. Fit-Tridu jippriedka Dun Darren Pace, Terzjarju Karmelitan.

L-ERBGĦA, fis-5.45 p.m. Preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna bis-sehem tal-familji li kellhom tarbija matul din is-sena.

Fis-6.30 p.m. Quddiesa li għaliha huma mistiedna dawk il-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali taż-Żwieġ.

IL-ĦAMIS fl-10.15 a.m. Quddiesa għall-morda u l-anzjani, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal-Morda.

Fis-6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tal-Animaturi u l-Letturi u l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

 

IL-ĠIMGĦA fis-6.30 p.m. Quddiesa li fiha jsir talb għal dawk li mietu mill-festa li għaddiet ‘l hawn. Mistiedna l-qraba tagħhom.

IS-SIBT fid-9.30m. Quddiesa li fit-tmiem tagħha jitkanta r-radd il-ħajr ‘l Alla.

5.45 p.m. Għasar tal-Madonna tal-Karmnu.

6.30 p.m. Transulazzjoni u Quddiesa Solenni ta’ Lejlet il-Festa, immexxija mill-Pirjol,  Patri Charles Mallia.  Fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona Flos Carmeli u tingħata l-Barka Sagramentali.

IL-ĦADD, nhar il-festa, Quddies: 6.00, 7.00, 8.00, 9.00, 11.00 u 12.00.

09.00: Quddiesa Prinċipali tal-Festa mmexxija mill-Kappillan Patri Joe Saliba O.Carm.  Jippriedka Mons. Lawrenz Sciberras.  Ma jkunx hawn Quddiesa tal-10.00 a.m.

17.45: Għasar tal-Madonna tal-Karmnu.

18.15: Quddiesa.  (minflok fis-6.30 p.m.)

19.30: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R. Provinċjal P.Alexander Vella.   Fi-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.

22.30: Dħul tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali, kant tal-antifona Flos Carmeli u Barka Sagramentali.

Nappellaw biex minn fejn tgħaddi l-purċissjoni ma jitħallewx karozzi pparkjati.  Dawn jiġu ttowjati spejjeż tas-sidien.

Min jixtieq joffri bukkett lill-Madonna, jista’ jikteb ismu fis-sagristija.  Min irid jista’ jagħti offerta għall-fjuri ta’ fuq l-artal fil-festa.

 

INĦEĠĠU LIL KULĦADD BIEX JIEĦU SEHEM FIT-TĦEJJIJIET GĦALL-FESTA TAL-PATRUNA TAGĦNA L-MADONNA TAL-KARMNU.

Avviżi – 16/07/17

BallutaavvizimtJuly 18, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD 16 ta’ Lulju 2017

 

 ILLUM, festa tal-Madonna tal-Karmnu, fis-7.00 p.m., mis-Santwarju Bażilka l-Belt Valletta, toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa devota.  Ħaġa sabiħa li llum inżuru s-Santwarju tal-Karmnu.

 IL-LEJLA, hija l-Aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes. Fi Ġnien l-Indipendenza, fit-8.00 pm ser issir purċissjoni aux flambaux ħdejn l-istatwa tal-Madonna

Matul din il-ġimgħa nlestu L-AĦĦAR ĠABRA GĦALL-ISPEJJEZ TAL-FESTA. Din il-ġabra hija għall-ispejjez tad-dawl fit-toroq, għall-baned li jsiru waqt il-festa u għal ħtiġijiet oħra marbutin mal-festa.   Il-ġbir ser ikun hekk:

IT-TNEJN:  Mid-9.15 a.m., Triq Mrabat, Sqaq Mrabat u t-Telgħa tas-Savoy.

                        mill-5.00 p.m. Toroq Bonavita, Balluta, Sorijiet u Dun Anton Tabone.

IT-TLIETA: Mill-5.00 p.m., Toroq Qalb Imqaddsa, Dun Ġużepp Xerri, Furtu Selvatico u Zammit Clapp.

IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru ssir il-laqgħa tal-

IL-ĠIMGĦA tibda l-preparazzjoni tal-Festa. Fis-7.15 p.m., fil-Pjazza tal-Balluta ser issir Adorazzjoni fil-beraħ li tkun animata mill-membri tal-Comunità Abramo. Aħna lkoll imħeġġin nieħdu sehem bħala sinjal qawwi ta’ fidi u għal talb biex il-ġranet tal-festa jkunu tal-aqwa ġid għal dawk kollha li jattendu.

IS-SIBT huwa Jum Ħruġ il-vara min-niċċa. Fis-6.30 p.m. jkun hawn Quddiesa bis-sehem tal-Kummissjoni Festa Esterna u tas-Soċjetà Mużikali Tal-Karmnu Balluta.  Waqt il-Quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa u lill-mexxej tagħhom.  Fis-19.15: Toħroġ il-vara tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa sa fuq iz-zuntier fejn tingħata tislima lill-Madonna bil-kant tal-innijiet.

IL-ĦADD fil-għaxija, fis-6.30pm il-Quddiesa tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

Infakkru lil min jixtieq joffri bukkett lill-Madonna, jista’ jikteb ismu fis-sagristija. Min irid jista’ jagħti offerta għall-fjuri ta’ fuq l-artal fil-festa.

Bejn it-2 u l-4 ta’ Awwissu, ser isir Live-In mill-Carmel Teens għal studenti li għadhom kemm spiċċaw il-Forms 1, 2 u 3. Min jixtieq informazzjoni jkellem lill-Kappillan.

IL-ĦAMIS 27 ta’ Lulju, fl-10.15 a.m., ser norganizza quddiesa għall-anzjani.  Dawk li jafu b’xi anzjani li għandhom bżonn trasport għal din il-quddiesa, u dawk il-persuni li jistgħu joffru trasport huma mitluba jkellmu lill-Kappillan jew lil Doris Mallia

Solennita’ tal-Madonna tal-Karmnu

BallutaavvizimtJuly 9, 20170

Gozo by Night

BallutaavvizimtJuly 9, 20170

Avviżi – 09/07/17

BallutaavvizimtJuly 9, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  9 ta’ Lulju 2017

 
1.    Fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Ħamis 27 ta’ Lulju, fl-10.15 a.m., ser norganizza quddiesa għall-anzjani.  Dawk li jafu b’xi anzjani li għandhom bżonn trasport għal din il-quddiesa, u dawk il-persuni li jistgħu joffru trasport huma mitluba jkellmu lill-Kappillan jew lil Doris Mallia.

2.   Dawk il-persuni li jistgħu joffru servizz bħala fratelli fil-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu huma mitluba jikkuntattjaw lill-Kappillan.  Napprezzaw ħafna min jista’ joffri dan is-servizz.

3.    Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema flimkien mal-Volunteer Sliema qed joffru servizz ta’ driver ta’ karozza għall-anzjani ta’ Tas-Sliema biex jgħinuhom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum, bħal dawk biex jiġbru l-pinnoli, jixtru, imorru l-knisja, eċċ.  Is-servizz huwa pprovdut mit-Tnejn sal-Ġimgħa  bejn it-8.30 a.m. u n-12.30 p.m.  Wieħed jista’ jibbukkja s-servizz tiegħu billi jċempel lill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.

4.    Matul din il-ġimgħa se tkompli L-AĦĦAR ĠABRA GĦALL-ISPEJJEZ TAL-FESTA.  Din il-ġabra hija għall-ispejjez tad-dawl fit-toroq, għall-baned li jsiru waqt il-festa u għal ħtiġijiet oħra marbutin mal-festa.   L-ammont meħtieġ huwa ta’ ‘l fuq minn €12,000.   Il-ġbir ser ikun hekk:

IT-TNEJN:  Mid-9.15 a.m., Triq il-Kulleġġ L-Antik  u mill-5.00 p.m. Toroq B’Kara, Arċisqof Romero, Sir Joseph Carbone u Klarissi.
IT-TLIETA: Mill-5.00 p.m., Toroq Reggie Miller u Luqa Briffa.
L-Erbgħa:  Mill-5.00 p.m. Toroq is-Sur Fons, Karmelitani, Scicluna u Trejqa S. Injazju.
IL-ĦAMIS:  Mid-9.15 a.m., Toroq P. Marjan, S. Anġlu u Camenzuli.
U mill-5.00 p.m., Toroq Ġafar, S. Enriku, S. Elena u Ħnejja.
 
5.    IL-ĠIMGĦA, ser tiġi organizzata GOZO BY NIGHT fl-okkazjoni tal-festa ta’ S. Ġorġ, Martri.  Biljetti mingħand Doris Mallia jew mill-uffiċċju parrokkjali.

6.    Ħdejn l-artal hawn żewġ t’iqfief li fihom nistgħu nqegħdu affarijiet ta’ ikel bħala karità għal dan iż-żmien tal-Festa, biex il-Kummissjoni Djakonija tkun tista’ tqassamhom lill-persuni u familji fil-bżonn.

7.    IL-ĦADD hija t-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu.  Fis-Santwarju Bażilka l-Belt Valletta, fid-9.30 a.m. tkun ċċelebrata l-quddiesa tal-festa u fis-7.00 p.m. toħroġ il-purċissjoni.  Ħaġa sabiħa li f’dan il-jum inżuru s-Santwarju tal-Karmnu.

Fr. Joe Saliba O. Carm.

Carmelite Fathers
Triq it-Torri, SLIEMA.  SLM 1600

Fuljett Lulju 2017

BallutanewslettermaltiJuly 2, 20170

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti