Tel : +356 2134 4306 - parrocca.balluta@maltadiocese.org - info@ballutaparish.org
Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt
  • en
  • mt
  • Home
  • Min Aħna
    • Komunità Karmelitana
    • Lokalitajiet
  • Serviżżi
  • Għaqdiet
    • Terz’ Ordni Karmelitan
    • Azzjoni Kattolika
    • Il-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tal-Karmnu Balluta
    • Gruppi Familji Nsara
    • Il-Kor tal-Parroċċa: Marie Therese Vassallo Voice Studio
    • Abbatini
  • Kunsill u Kummissjonijiet
    • Kunsill Pastorali
    • Kummissjoni Liturgika
    • Kummissjoni Kateketika
    • Kummissjoni Djakonija
    • Kummissjoni Familja
    • Kummissjoni Festi Esterni
  • Kuntatt

Archive for month: June 2017

Avviżi -25/06/17

BallutaavvizimtJune 24, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  25 ta’ Ġunju 2017

 

 

  1. IT-TNEJN, ser jiġi ordnat Djaknu, Bro. Kurt Mizzi, Karmelitan. L-ordinazzjoni ser issir fil-Kon-Katidral ta’ S. Ġwann il-Belt u tibda fis-6.30 p.m.  Nifirħu lil Bro. Kurt u nawgurawlu.

 

  1. L-ERBGĦA ser issir żjara lill-Anzjani f’The Hilltop, in-Naxxar. Min għandu lil xi ħadd mill-qraba tiegħu hemmhekk u jixtieqna nżuruh, jikkuntattja lill-Kappillan.

 

  1. IL-ĦAMIS, hija l-festa ta’ San Pietru u San Pawl (l-Imnarja). Ħaġa sabiħa li dakinhar nisimgħu l-quddiesa.  Minħabba li mhijiex festa kmandata il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa.

  1. IL-ĦADD, fil-Quddiesa tas-6.30 p.m. jintradd ħajr ‘l Alla għal dak kollu li sar matul dan ix-xahar biż-żjara tal-kopja tal-Liżar ta’ Kristu fil-parroċċa. Matul din il-ġimgħa huwa l-aħħar ċans fil-parroċċa biex wieħed japprezza din ir-relikwa xhieda tal-Akbar Imħabba u jitlob quddiemha.

Avviżi – 18/06/17

BallutaavvizimtJune 20, 20170

IT-TLIETA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, ikun hemm il-laqgħa tal-GRUFAN.

L-ERBGĦA, L-ĦAMIS U L-ĠIMGĦA HUWA ġranet ta’ tħejjija għall-festa tal-Qalb ta’ Ġesù

Fit-tliet ijiem, fis-6.00 p.m. jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija u fis-6.30 p.m. Quddiesa bi ħsieb dwar l-Ewkaristija.

L-ERBGĦA, wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m. ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Comunità Abramo bis-sehem ta’ kull min jixtieq jingħaqad magħhom.

 

IL-ĦAMIS, se ningħaqdu mal-Parroċċa ta’ S. Girgor u mal-Parroċċi ta’ Tas-Sliema għal ADORAZZJONI mmexxija mill-Youth Fellowship, fi Ġnien l-Indipendenza, fit-8.00 p.m.

 

IL-ĠIMGĦA, wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m. ikun hawn adorazzjoni bies-sehem tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, tal-Letturi u tal-operaturi pastorali kollha.

IS-SIBT, fit-8.00 p.m. fil-knisja parrokkjali ta’ Wied il-Għajn, se jsir talb għal Djaknu ġdid tal-Ordni Karmelitan Malti, Bro. Kurt Mizzi.  Inħeġġu li min jista’ jingħaqad magħna fit-talb f’dawk il-mumenti.  Huwa ser jiġi ordnat Djaknu nhar it-TNEJN 26 ta’ Ġunju fil-Kon-Katidral ta’ S. Ġwann.

Is-Sibt u l-Ħadd li ġej il-ġbir kollu ser ikun bħala għajnuna għall-Papa biex ikun jista’ jgħin popli milquta minn ħtiġijiet u diżgrazzji naturali.

IL-ĦADD, issir il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù.  Fis-6.30 p.m. ser issir Quddiesa bis-sehm tat-tfal u l-familji u wara Purċissjoni tal-Qalb ta’ Ġesù bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja qed torganizza dawra fuq il-baħar madwar Malta.  Din se ssir is-Sibt l-1 ta’ Lulju.  Aktar dettalji fuq in-Notice Board.

Avviżi – 11/06/17

BallutaavvizimtJune 11, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  11 ta’ Ġunju 2017

 

 

DALGĦODU, fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.

IT-TNEJN, fl-10.00 a.m., fiċ-Ċentru, jkun hemm il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.  IT-TNEJN UKOLL, fis-7.00 p.m., ser issir laqgħa għall-Ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.  It-tfal ikollhom laqgħa apposta għalihom fl-istess ħin fiċ-Ċentru.  Jingħataw l-aħħar direttivi għall-Ewwel Tqarbina.

IT-TLIETA, fiċ-Ċentru, fl-4.30 p.m. ser issir laqgħa tal-katekisti, waqt li fis-7.15 p.m. ser issir laqgħa tal-Kappillani ta’ Tas-Sliema u l-Balluta flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Pastorali tagħhom.

 

L-ERBGĦA, fis-7.15 p.m., fiċ-Ċentru, tiltaqa’ l-Kummissjoni Familja.

IL-ĦAMIS, ser isir Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.  Biljetti mingħand Maria Bianco jew mill-uffiċċju parrokkjali.

IL-ĠIMGĦA, fis-7.00 p.m., fil-knisja, ssir il-prova tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.

IS-SIBT, fid-9.15 a.m., ser isir Seminar tal-membri tal-Kummissjonijiet Djakonija ta’ Tas-Sliema u l-Balluta.

 

IS-SIBT ukoll, il-Quddiesa tas-6.30 p.m. tkun bis-sehm tat-tfal u l-familji.  Fiha l-Kummissjoni familja u l-Kummissjoni Kateketika ser jorganizzaw Jum il-Missier.

IL-ĦADD, waqt il-Quddiesa tad-9.00 a.m. jingħata s-Sagrament tal-Ewkaristija lil xi tfal tal-parroċċa.  Nitolbu għalihom biex japprezzaw is-Sagrament l-Ewkaristija u jgħożżuha bħala rigal ta’ mħabba fil-ħajja tagħhom.  Dak inhar il-Quddiesa tal-10.00 am tibda fl-10.15 a.m.

 

Infakkru li l-Ħadd huwa JUM IL-MISSIER.  Il-Quddies kollu tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd, jkun għall-bżonnijiet tal-missirijiet tagħna ħajjin jew mejtin.  Min jixtieq isieħeb lill-missieru fit-talb tal-Quddies ta’ dak inhar, jista’ jieħu envelope minn ħdejn il-bibein tal-knisja, jimla l-formola u jgħaddiha lil xi ħadd mill-patrijiet.

IL-ĦADD filgħaxija, fil-Quddiesa tas-6.30 p.m., ser jiġu ppreżentati l-Ministri Straordinarji l-ġodda tat-Tqarbin u dawk li diġa’ qed jaqdu dan il-minsiteru ser iġeddu l-impenn tagħhom.

Ġurnata Għawdex

BallutaavvizimtJune 5, 20170

Vista tal-Liżar ta’ Kristu

BallutaavvizimtJune 5, 20170

Avviżi – 04/06/17

BallutaavvizimtJune 5, 20170

PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  – IL-ĦADD  4 ta’ Ġunju 2017

 

IT-TLIETA, fis-6.00 p.m., fiċ-Ċentru Titu Brandsma, se ssir laqgħa għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

 

Matul ix-xahar ta’ Ġunju, fil-Parroċċa tal-Balluta, se tkun esposta kopja awtentika tal-Liżar ta’ Kristu. Nhar L-ERBGĦA 7 ta’ Ġunju 2017, waqt il-Quddiesa tas-6.30 p.m. ser jintwera vidjo dwar din il-kopja tal-liżar u ż-żjara tagħha f’Malta.  Wara ikun hemm ħin ta’ adorazzjoni libera sal-10.00 p.m.  Min jista’ mħeġġeġ jieħu l-okkażjoni jżur din il-kopja u jitlob quddiemha.  Fuq il-bankijiet hemm kopji tal-programm ta’ din iż-żjara fil-Parroċċa tagħna.

 

IL-ĠIMGĦA, fiċ-Ċentru Titu Brandsma, fl-10.00 a.m. Quddiesa għal-Grupp 60+ animata mill-Comunità Abramo. Fiha jintwera l-video dwar il-Liżar ta’ Kristu.  L-anzjani huma mħeġġa jattendu.

 

Fis-7.00 p.m., fil-knisja, ser issir laqgħa għall-ġenituri, għall-parrini u għall-Adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.  Bejn is-6.00 u s-7.00 p.m. ikun hemm ħin għall-Qrar.

 

IS-SIBT, waqt il-Quddiesa tas-6.30 p.m., ser jingħata s-Sagrament tal-Griżma lil sittax-il adolexxenta u adolexxenta.  Nitolbu għalihom biex il-Mulej jibgħat l-Ispirtu s-Santu fuqhom u jimliehom bid-doni tiegħu.

 

IL-ĦADD, wara kull Quddiesa minn tat-8.00 a.m. ‘l quddiem u filgħaxija, se jintwera vidjo qasir ta’ 10 minuta dwar il-Liżar ta’ Kristu.

 

Fil-15 ta’ Ġunju ser isir Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Biljetti mingħand Maria Bianco jew mill-uffiċċju parrokkjali

 

Infakkru li t-Tberik tal-Familji ntemm. Min ma kienx id-dar u jixtieq li nbierku l-familja għandu jikkuntattjaw lill-Kappillan.

 

FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-MISSIER, il-Quddies kollu tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd, 17 u 18 ta’ Ġunju jkun għall-bżonnijiet tal-missirijiet tagħna ħajjin jew mejtin.  Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm envelopes b’formola li fiha nistgħu niktbu l-isem tal-missirijiet mejtin.  L-envelope għadduh lil xi ħadd mill-patrijiet jew lis-sagristan.

Recent Posts

  • Diċembru 2019
  • Avviżi – 01/12/19
  • Avviżi – 24/11/19
  • Avvizi -17/11/19
  • Novembru 2019

Archives

  • December 2019
  • November 2019
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • July 2019
  • June 2019
  • May 2019
  • April 2019
  • March 2019
  • February 2019
  • January 2019
  • December 2018
  • November 2018
  • October 2018
  • September 2018
  • August 2018
  • July 2018
  • June 2018
  • May 2018
  • April 2018
  • March 2018
  • February 2018
  • January 2018
  • December 2017
  • November 2017
  • October 2017
  • September 2017
  • August 2017
  • July 2017
  • June 2017
  • May 2017
  • April 2017
  • March 2017

Categories

  • avvizimt
  • newslettermalti
  • Uncategorized @mt

Meta

  • Log in
  • Entries feed
  • Comments feed
  • WordPress.org

Sermons

There are no sermons to show.

People

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm

  • Kappillan

P. Charles Mallia O.Carm

  • Pirjol
  • 79252965

P. Leonard Mahoney O.Carm

  • Patri
  • 99871931

P. Guido Micallef O.Carm

  • Patri
  • 99403238

P. Victor Enriquez O.Carm

  • Patri
  • 99425919

Footer Widget 1

Recent Posts

  • Diċembru 2019

    Intenzjoni tal Papa għal Diċembru 2019 B...

  • Avviżi – 01/12/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

  • Avviżi – 24/11/19

    PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA AVV...

Links

Contact Information

Balluta Parish Our Lady of Mount Carmel

Tower Road, Sliema

+356 2134 4306

parrocca.balluta@maltadiocese.org

https://www.ballutaparish.org

Copyright - Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta - 2017
built by TheWebAlly
  • English
  • Malti