Programm Ġimgħa Mqaddsa
Eżercizzi
Avviżi – 25/03/2017
PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU, BALLUTA
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD 26 ta’ Marzu 2017
- Matul din il-ġimgħa, ser isiru l-aħħar Kors ta’ Eżerċizzi. Dan huwa miftuħ għall-Miżżewġin u għall-ġenituri u għall-għarajjes. Il-Kors ser isir fiċ-Ċentru Parrokkjali Titu Brandsma, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fis-7.00 p.m. u jippriedka P. Philip Cutajar, Kapuċċin. Fl-istess ħin, it-tfal ser ikollhom l-Eżerċizzi apposta għalihom fiċ-Ċentru stess.
- L-ERBGĦA u l-ĠIMGĦA, fis-5.55 p.m. flok ir-Rużarju, fil-knisja ssir il-Via Sagra.
- IS-SIBT, wara l-Quddiesa tas-6.30 p.m., fil-maħżen tal-armar, ser isir il-ftuħ tal-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira organizzata mill-Kummmissjoni Festa Esterna.
- IS-SIBT, fil-Palazz tal-President, il-Verdala, ser issir Via Sagra Djoċesana għat-Tfal. Il-President ta’ Malta u Mons. Arċisqof ser jieħdu sehem fil-Via Sagra. Il-ġenituri huma mħeġġa jieħdu t-tfal għal din l-attività.
- Fadal xi postijiet għall-PELLEGRINAĠĠ GĦALL-FATIMA bejn id-9 u s-16 ta’ Awwissu. Min jixtieq jingħaqad magħna, huwa mitlub jibbukkja mill-uffiċċju parrokkjali.
- F’riġlejn l-artal ħallejna żewġt iqfief biex min jixtieq iġib oġġetti tal-ikel preservat għall-familji fil-bżonn.
7. Matul din il-ġimgħa, membri tal-Kummissjoni Festa Esterna tal-Balluta ser ikomplu jiġbru d-donazzjoni tagħkom għall-attivitajiet tan-nar fi żmien il-festa tal-Madonna tal-Karmnu
Avviżi – 19/03/2017
It-Tnejn hija l-festa tal-Patrijarka S. Ġużepp. Ikun tajjeb li min jista’, jqaddes dan il-jum bis-sehem fil-Quddiesa.
Matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fil-Quddiesa tas-6.30 p.m. ser isiru l-Eżerċizzi għal Kulħadd. Dawn ser isiru minn P. Victor Paul Farrugia, Karmelitan.
IT-Tberik għal din il-ġimgħa ser ikun hekk:
IT-TLIETA, il-familji ta’ Toroq Arċisqof Romero, Klarissi u t-Taraġ ta’ Triq il-Qalb ta’ Ġesù.
IL-ĦAMIS, il-familji ta’ Triq Sir Joseph Carbone. It-tberik jibda fl-4.30 p.m.
L-ERBGĦA u l-ĠIMGĦA, fis-5.55 p.m. flok ir-Rużarju, fil-knisja ssir il-Via Sagra.
Ser issir laqgħa għall-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena. Mistiedna wkoll il-parrini kif ukoll l-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma. Ser issir IS-SIBT, fil-5.15 p.m., fiċ-Ċentru Parrokkjali,
Il-Leġjun ta’ Marija ser tagħmel il-funzjoni solenni tal-ACIES fil-Parroċċa tagħna nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu 2017. Il-funzjoni tibda fl-4.00 p.m. u tinkludi Quddiesa.
Matul din il-ġimgħa, min jixtieq imur il-PELLEGRINAĠĠ GĦALL-FATIMA bejn id-9 u s-16 ta’ Awwissu huwa mitlub jibbukkja mill-uffiċċju parrokkjali. Il-postijiet huma limitati.
F’riġlejn l-artal ħallejna żewġt iqfief biex min jixtieq iġib oġġetti tal-ikel preservat għall-familji fil-bżonn.
Matul din il-ġimgħa, membri tal-Kummissjoni Festa Esterna tal-Balluta ser jiġbru d-donazzjoni tagħkom għall-attivitajiet tan-nar fi żmien il-festa tal-Madonna tal-Karmnu.